Skip to main content

Muscat ma jimpurtahx aktar


Ma jimpurtahx aktar

F’dawn l-aħħar ftit ġimgħat, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel xi dikjarazzjonijiet li skantaw ftit nies mhux ħażin. Kienu dikjarazzjonijiet insensittivi u li huma ammissjoni tal-falliment ta’ dan il-Gvern, xi ħaġa li Joseph Muscat is-soltu joqgħod ħafna attent li ma jagħmilx.



Smajna lil Joseph Muscat jiddikjara li jekk ma jkunux il-ħaddiema barranin li qed jimporta dan il-Gvern, ma jkollniex biex inħallsu l-pensjonijiet tal-anzjani tagħna. Ammissjoni ċara li minkejja l-ftaħir ta’ surplus, ta’ ekonomija soda, ta’ “l-aqwa fl-Ewropa”, il-politika ta’ dan il-Gvern ġabitna dipendenti biss fuq iż-żieda fil-popolazzjoni. Biex inħallsu l-pensjoni tal-anzjani li għamlu snin twal iħallsu l-bolla, irridu nġibu aktar ħaddiema jaħdmu. U x’ser jiġri għada, meta jkollna iżjed anzjani jgħixu aktar, li jkunu ħallsu l-bolla u li jkun jixirqilhom pensjoni? Kemm ser inkomplu niddependu biss fuq tkabbir tal-popolazzjoni?

Qalilna wkoll li parti mill-problema tal-pensjonijiet hija li l-anzjani mhux imutu qabel. Mhux hekk hux. Għax qatt mhu tort tiegħu jew tan-nuqqas ta’ pjanar tal-Gvern tiegħu. Qatt mhu tort tal-problema li qed joħloq hu stess bi tkabbir bla rażan u bla pjan tal-popolazzjoni. It-tort dejjem ta’ xi ħaddieħor. Issa, tort anke tal-anzjani li qed jgħixu aktar.


Il-housing mhux dritt


Il-Ħadd li għadda Joseph Muscat qalilna wkoll li l-Gvern daqshekk għamilha ta’ Christmas Father bil-housing. Ghax il-housing mhux xi dritt. Tajjeb wieħed ifakkar pero’ li parti kbira mill-problema tal-housing li sar għandu l-pajjiż hija proprju tort ta’ Joseph Muscat.



L-ewwelnett, fis-sitt snin li ilu fil-Gvern għadu ma lestiex unit wieħed ta’ akkomodazzjoni soċjali. Lanqas wieħed. Dan filwaqt li ħadem kemm felaħ biex art pubblika tal-poplu ta b’xejn lil min diġa’ għandu ħafna: il-ftehim tad-db, tal-Corinthia, tal-Università taparsi Amerikana, u l-Australia Hall lill-Partit Laburista innifsu.

It-tieni, il-problemi tal-akkomodazzjoni soċjali żdiedu primarjament minħabba l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin u ż-żieda bla pjan fil-popolazzjoni li qed jimbotta dan il-Gvern. Qalha l-Prim Ministru nnifsu. “Ħeqq jekk hemm mitt appartament, u issa flok hawn mitejn ruħ iridu jixtruhom hawn elf, bilfors il-prezz ser jogħla.”

Hekk hu, għandu r-raġun. Il-problema taż-żieda fil-prezz tal-proprjetà u tal-kera hija kkaġunata minn din is-sistema politika li qed jimbotta l-Gvern. U mhux għax qed jiġu ħaddiema li jifilħu jħallsu aktar, iżda għax hawn numru ta’ ħaddiema li appartament li s-soltu jinkera minn persuna waħda, lesti jaqsmuh bejniethom u jaqsmu l-kera bejn ħafna aktar nies.


Il-Partit Nazzjonalista jimpurtah


Huwa ċar li l-Prim Ministru m’għadux jimpurtah aktar minn kif ser jipprova jsolvi l-problemi li ħoloq hu stess. Ma niskantax. Hekk jew hekk, diġa’ qalilna li dalwaqt ser jitlaq. Mhux ser jerġa’ jaffaċċja test elettorali ieħor, u allura ma jimpurtahx aktar mill-popolarità tiegħu. U la ma jimpurtahx minn dik, ma jimpurtahx aktar mill-problemi li qed jaffaċċja l-poplu.

Għalhekk dawn id-dikjarazzjonijiet traskurati. Għalhekk dan il-paroli bl-addoċċ.



Mhux hekk il-Partit Nazzjonalista. Aħna jimpurtana. Aħna rridu nippreżentaw soluzzjonijiet għall-problemi li qed jaffaċċjaw in-nies. Aħna rridu naraw li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu, għax iva, dak dritt essenzjali u fundamentali. Aħna rridu naraw li kulħadd jgħix ħajja diċenti, u mhux min jiġri ‘l quddiem u min jibqa’ lura. Aħna rridu naraw li nibnu ekonomija ibbażata fuq l-avvanz ta’ kull individwu, u mhux fuq l-avvanz globali tal-istatistika.

Aħna rridu soċjetà li jimpurtaha.




Dan l-artiklu deher bħala parti mir-rubrika Cyberspace fil-Mument tal-Ħadd 17 ta' Frar 2019

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.