Skip to main content

Demokrazija, Ġustizzja Soċjali, Futur



Din il-ġimgħa ġie fi tmiemu l-Kunsill Ġenerali amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Kunsill Ġenerali bit-tema “Flimkien għal Pajjiżna”, li ra numru rekord ta’ parteċipanti u kelliema, fosthom numru kbir ta’ żgħażagħ, li wħud minnhom huma anke kandidati ġodda għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.



L-aħħar sessjoni ta’ nhar l-Erbgħa li għaddew ġiet konkluża bid-diskors tal-Kap tal-Partit Adrian Delia, diskors li fih il-Kap kellu l-opportunità jelenka l-prioritajiet politiċi li qed jaħdem fuqhom il-Partit Nazzjonalista, u l-viżjoni tagħna ‘l quddiem.

U din hija importanti ħafna. Għax il-mistoqsija li dejjem irridu nistaqsu lilna nfusna hija “għaliex in-nies għandhom jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista”? In-nies mhux ħa jivvutawlna għax konna mmexxu tajjeb fil-passat. In-nies mhux ħa jivvutawlna għax nikxfu l-ħażin ta’ dan il-Gvern. In-nies mhux ħa jivvutawlna għax il-Gvern Laburista huwa l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta’ Malta. In-nies jivvutawlna jekk jaraw fina Partit b’viżjoni, lest li jmexxi u li jista’ jagħti soluzzjonijiet għall-problemi kbar li ħoloq il-mudell ekonomiku li mbotta Joseph Muscat.



U dan hu proprju dak li t-tmexxija tal-Partit, primarjament il-Kap Adrian Delia, qegħdin nippruvaw inwasslu.

Id-diskors tal-Kap iffoka fuq tliet temi prinċipali: id-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u ż-żgħażagħ.

Fuq id-demokrazija, inkluż is-saltna tad-dritt, diġa’ tkellimna ħafna. Ma tkellimniex biss aħna, tkellmet il-Kummissjoni Venezja, tkellmet il-Kummissjoni Ewopea, tkellmet id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, u tkellmu għal diversi drabi l-Awditur Ġenerali ul-Ombudsman, riċentament anke fuq il-promozzjonijiet li saru fl-Armata u kif dawn huma ta’ theddida għad-demokrazija. Il-mod kif dan il-Gvern ħataf il-poter b’mod assolut f’idejh u ma ħalliex spazju biex jiffunzjonaw kif suppost l-istituzzjonijiet mhux biss qed ikisser il-pedamenti tad-demokrazija u tal-ġustizzja, imma qed jagħmel ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ Malta. Dan ikkonfermah ukoll is-CEO tal-HSBC, li qal kif dan huwa l-ikbar problema li qed jaffaċċja s-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta.

Il-politika ta’ dan il-Gvern turi wkoll li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u nesa għal kollox il-ġustizzja soċjali. Ħoloq mudell ekonomiku fejn wassal għal klassi ta’ faqar ġdid, dak li l-Kap sejjaħlu the educated poor. Qabel kont tistudja, tistinka, u taħdem għax kont motivat li jekk taħdem tirnexxi, tista’ tasal, tista’ tkampa. Illum inħolqot soċjetà fejn lanqas il-professjonisti, għalliema, infermiera, social workers żgħażagħ, li t-tnejn ikunu jaħdmu, ma għadhom jaffordjaw ikollhom saqaf tagħhom fuq rashom. Dan meta sa inqas minn għaxar snin ilu konna mmexxu politika fejn kulħadd kien ikun inċentivat isir sid ta’ daru. X’differenza!

U hawn qed inkunu ċari. B’Partit Nazzjonalista, kulħadd għandu garanzija li jkollu saqaf fuq rasu. Għax dak hu dritt, mhux lussu. Bħalma hu dritt li kull wild ikollu edukazzjoni diċenti, bl-aqwa riżorsi, u mhux fil-kontejners. Bħalma hu dritt li kull ħaddiem ikollu paga diċenti, u mhux jgħix fil-prekarjat għax għandna Gvern taċ-cheap labour. Bħalma hu dritt li kull pensjonant li għamel għomru u żmienu jħallas il-bolla jkollu pensjoni, u mhux ikun mhedded li rridu nżidu l-ħaddiema barranin biex jeħodha.

U dan mhux biss għalina, iżda għal uliedna. Għal pajjiż li ser ikunu qed jgħixu fih.U għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jsir partit żagħżugħ, fejn iż-żgħażagħ ikunu involuti fl-ogħla postijiet tat-tmexxija u tat-tfassil tal-politika tal-Partit. Għax ma rridux iktar pajjiż fejn iż-żgħażagħ tagħna jaqtgħu qalbhom u jemigraw biex jlħqu l-potenzjal tagħhom. Irridu pajjiż fejn iż-żgħażagħ jilħqu l-aspirazzjonijiet u l-potenzjal tagħhom hawn, f’pajjiżhom, f’pajjiżna. F’pajjiż nadif, f’pajjiż ġust, f’pajjiż meritokratiku.

Dan nemmnuh u rriduh ilkoll. U għalhekk qed naħdmu flimkien. Għalhekk qed nibnu politika ġdida flimkien. Għalina, għal Partit tagħna, imma fuq kollox għal uliedna u għal pajjiżna.


Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace fil-ġurnal il-Mument ta' nhar il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is