Skip to main content

Il-Kwalità tal-Arja: Falliment li jfisser mard u mwiet


Rapport ippubblikat din il-ġimgħa mill-Aġenżija Ewropea dwar l-Ambjent, Malta għandha fost l-agħar livelli ta’ tniġġis fl-arja fl-Unjoni Ewropea. Malta hija r-raba’ l-iktar pajjiż bl-ogħla livell ta’ partikoli ta’ tniġġis fl-arja. L-uniċi pajjiżi li għandhom medja ta’ tniġġis tal-arja aktar minn tagħna huma l-Bulgarija, il-Polonja u l-Greċja. Però l-qagħda ta’ Malta hija agħar għax f’dawn il-pajjiżi, jekk wieħed irid jieħu nifs mit-tniġġis fl-arja faċilment joħroġ il-barra mill-ibliet u jmur fil-kampanja jew fil-muntanji. F’Malta anke jekk tmur f’ambjent rurali, il-pajjiż tant hu żgħir li t-tniġġis jibqa’ preżenti, u jekk verament trid tistrieħ mit-tniġġis trid ta’ bilfors issiefer. Li jfisser li din hija xi ħaġa aċċessibbli biss għal min għandu ċertu qliegħ. Jekk wieħed jiftakar li fl-istatistika dwar il-faqar ippubblikata ftit tal-ġranet ilu terz tal-poplu ma jaffordjax jieħu ġimgħa btala darba fis-sena, wieħed jista’ faċilment jikkonkludi li l-fatt li nieħdu ħsieb l-qagħda tal-arja u tal-ambjent tagħna fiha wkoll element ta’ ġustizzja soċjali għan-nies li ma jistgħux jistrieħu billi jmorru barra l-pajjiż.

It-tniġġis fl-arja jikkawża mhux biss ħafna mard respiratorju, iżda wkoll imwiet. Skont dan ir-rapport, 400,000 Ewropew fis-sena jmutu b’mod prematur minħabba dan it-tniġġis. Kull sena f’Malta jmutu 600 persuna minħabba dan it-tniġġis, id-doppju tat-300 li kien maħsub qabel.

Hija responsabbilità ewlenija tal-Gvern li jara li l-kwalità tal-arja ma tkomplix tkun ta’ theddida għal poplu. L-istatistika turi li fiċ-ċentru ta’ Malta, partikolarment f’Ħ’Attard, il-kwalità tal-arja hija agħar minn Beijing. Fin-naħa t’isfel ta’ Malta, hija 20 darba agħar mil-livelli aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem.

Fl-istess ħin, is-sena li għaddiet il-Ministeru tal-Ambjent nefaq €700,000 f’reklamar u PR biex jipprova jgħidilna kemm dan il-Gvern tejjeb il-kwalità tal-arja. L-istess kien għamel il-Ministeru tal-Enerġija meta saret il-powerstation tal-gass u nġieb it-tanker tal-korruzzjoni. Minflok infaqna l-flus f’investimenti biex intejbu l-kwalità tal-arja, ipprefera li jintefqu fil-marketing.

Paroli si, fatti no



Flus moħlija fil-Marketing flok fuq saħħtek


Sadattant, il-Gvern kompla bil-politika tiegħu ta’ tkabbir fil-popolazzjoni. Tkabbir li jfisser aktar nies, aktar karozzi, aktar traffiku, u allura aktar tniġġis fl-arja. U meta l-Prim Ministru ssemmilu li pajjiżna għandu bżonn jagħmel pjan fit-tul biex inaqqas dawn l-effetti, jgħidlek li ma jaqbel xejn mal-ippjanar fit-tul. Mhux bilfors, hu xi tridu jippjana. Li ried ħadu, u issa lest biex iparpar u jħalli l-problemi li ħoloq għal min jiġi warajh.


Popolazzjoni ikbar mingħajr pjanar: aktar traffiku u tniġġis

 

Mewt oħra f’Kordin



Priġunier ieħor instab mejjet f’Kordin. Dik li suppost hi faċilità korrettiva, saret post fejn il-priġunieri jmutu, fejn il-priġunieri jsiru aktar dipendenti fuq id-droga, u fejn il-priġunieri issa ġie konfermat mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li jiġu trattati b’mod degradanti u inuman, u saħansitra ordnat kumpens fil-każ ta’ priġunier li fetaħ kawża quddiemha.

Filwaqt li trid issir ġustizzja, huwa biżżejjed li bniedem iħallas għal għemilu b’detenzjoni u bit-teħid tal-libertà tiegħu. Il-kastig m’għandux imur oltre’ minn hekk. U l-pajjiż irid jara li l-bniedem qiegħed jiġi wkoll riabilitat biex jerġa’ joħroġ lura fis-soċjetà.

Quddiem dawn il-każi serji ta’ mwiet, ta’ droga, u ta’ trattament inuman, hemm bżonn li mhux biss isiru investigazzjonijiet u jsiru pubbliċi, iżda li tintrefa’ wkoll responsabbilità politika minn min hu fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għad-deċiżjonijiet li ttieħdu.




Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace fil-ġurnal il-Mument ta' nhar il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...