Skip to main content

Infallu test ieħor





Dil-ġimgħa ġie żvelat x’hemm fid-draft tar-rappot tal-Moneyval, kif inhu magħruf fil-qosor il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu, kumitat permanenti fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.

Dan il-Kumitat jittestja l-pajjiżi appuntu dwar il-miżuri li jimplimenta biex jiġġieled il-ħasil tal-flus u l-użu ta’ dawn il-flus biex jiġi ffinanzjat it-terroriżmu. Jidher li fit-test li dan il-Kumitat għamel fuq Malta, Malta falliet. M’għaddietx.

Huwa veru li dan ir-rapport ikun konkluż biss f’Lulju, u allura Malta baqagħlha ftit xhur ċans biex tirranġa l-affarijiet u tirranġa l-marka tagħha. Però huwa veru wkoll li fil-preżent, ma ngħaddux. U ma niskantax. Dan ilna ngħiduh għal żmien twil. Għax kif jista’ jkun tiġġieled il-ħasil tal-flus meta twaqqaf l-investigazzjonijiet għax ikunu jinvolvu Ministru u c-Chief-of-Staff tiegħu? Kif jista’ jkun tiġġieled il-ħasil ta’ flus meta int l-unika Gvern b’nies involuti fil-Panama Papers li ma tressaq ħadd il-Qorti? Kif jista’ jkun qed tiġġieled il-ħasil ta’ flus meta tiġi ppubblikata evidenza ċara li kien hemm tixħim u arranġamenti għal ħlas ta’ €5,000 kuljum f’but nies mill-Gvern minn kuntratt massiv bħalma kien dak tal-powerstation?

U kif jista’ jkun tbellagħhielna li hawn miżuri effettivi ta’ due-diligence, meta nsiru nafu li l-passaport tagħna inbiegħ lil nies suspettużi, li mhu suppost qatt li ngħataw ċittadinanza Maltija? Kif jista’ jkun nemmnu li Malta qed tgħin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, meta skont ir-rapport tal-Awditur Ġenerali tajna viżas lil mijiet ta’ Alġerini li l-Pulizija taw rakkomandazzjoni biex ma tingħatalhomx, għax huma ta’ theddida għas-sigurtà tal-Ewropa?

Nhar it-Tnejn stess, meta ġie żvelat dan ir-rapport tal-Moneyval, il-blogger Amerikan Kenneth Rijock, li jinvestiga ħafna l-kriminalità finanzjarja, ikkummenta dwar l-għoti ta’ liċenzja lil Pilatus Bank. Jgħid li l-investigaturi Amerikani kienu ilhom jinvestigawh mill-2011. Kellhom warrant biex ifittxu fl-emails tiegħu, mill-2014. Jistaqsi kif qatt jista’ jkun li l-Gvern u l-Awtoritajiet Maltin għamlu due-diligence kif suppost meta dawn xorta waħda tawh liċenzja. Jgħid li “kwalunkwe tfittxija ta’ due-diligence kif suppost kienet issib ir-rabta li kellu Ali Sadr Hasheminejad mal-Iran, li kienet taħt sanzjonijiet.” Jistaqsi wkoll jekk din il-liċenzja ingħatatx wara “l-arti ta’ ħlas ta’ tixħim”, għax jgħid li “ebda direttur ta’ compliance li jiswa ismu ma kien qatt japprova din il-liċenzja...xi ħaġa korrot żgur li ġrat biex din inħarġet.”

Sadattant, ħadd mill-Gvern ma jerfa’ r-responsabbilità. Lanqas il-Ministru Edward Scicluna, li huwa l-Ministru li taħtu saret din il-ħsara kollha lir-reputazzjoni ta’ Malta, fost l-oħrajn minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu, mhu lest jerfa’ responsabbilità politika għal dan il-falliment. Ċertament mhux ħa jagħmlu dan Joseph Muscat u Konrad Mizzi, li responsabbilità politika lanqas biss jafu fejn toqgħod. Ara l-kontijiet tal-bank u l-uffiċċji tan-Nexia BT, dawk jafu fejn huma. Anzi, biex ma jevitaw l-iskariġġ tawhom uffiċċju f’Kastillja stess.

Tweġġa’ meta pajjiżek jibda jissemma’ biss fil-ħażin. Tweġġa’ meta tiltaqa’ ma’ barranin, jew tmur barra minn Malta, u tisma’ biss kummenti dwar bejgħ ta’ passaporti, dwar ħasil ta’ flus, dwar Ministri fil-Panama Papers, dwar Mafja. Tweġġa’ meta kull test li jiffaċċja pajjiżek jispiċċa jew jitkaxkar fih, bħalma għamel fir-rapport tat-Transparency International, jew ma jgħaddix, bħalma għamel fir-rapport tal-Kummissjoni Venezja u issa fir-rapport tal-Moneyval.

Iżda tweġġa’ aktar meta tifhem li dan kollu stajna nevitawh li kieku fit-tmexxija għandna politiċi u Gvern responsabbli, li jġibu isem Malta u mhux buthom l-ewwel u qabel kollox.


Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...