Skip to main content

Flimkien għal Pajjiżna

Din il-ġimgħa tnediet uffiċċjalment il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsilli Lokali ta’ Mejju 2019. Elezzjonijiet li għalihom il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta għaxar kandidati għall-Parlament Ewropew, u 295 kandidat għall-Kunsilli Lokali. 28% ta’ dawn il-kandidati huma nisa, waqt li 23% huma żgħażagħ taħt il-35 sena. Wieħed tajjeb isemmi wkoll li 155 minnhom qatt ma servew fil-Kunsilli Lokali.



Dawn huma elezzjonijiet importanti. Huma elezzjonijiet li għalkemm ma jibdlux il-Gvern tal-pajjiż, jistgħu jwasslu biex il-Gvern ibiddel id-direzzjoni. U għandna għalxiex inbiddlu d-direzzjoni.

Pajjiżna qed jaqla’ daqqa wara l-oħra li tnawwarlu r-reputazzjoni tiegħu. Rapporti mill-Moneyval, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Venezja, mit-Transparency International, mir-Reporters Without Borders, minn istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti, kollha jsemmu l-ħsara li qed issir lil Malta mill-korruzzjoni u l-kultura tal-impunità, kultura li ddaħħlet biss biex Keith Schembri, Konrad Mizzi, Joseph Muscat u ta’ madwarhom ikunu jistgħu jagħmlu li jridu mingħajr mal-ġustizzja tkun tista’ tilħaqhom.

Apparti l-ħsara li dan kollu qed jagħmel lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, u allura r-riskju fuq l-impjiegi u setturi vitali bħal dak finanzjarju, din il-korruzzjoni qed tiswa lil pajjiżna €725 miljun fis-sena. Li jfisser kważi €2,000 għal kull persuna li hawn tgħix f’Malta.

Kemm jista’ jsir ġid bihom dawn il-flus. Kemm jistgħu jingħataw iktar mediċini b’xejn lil dawk li qed ibatu. Kemm jistgħu jingħataw iktar mediċini b’xejn lill-anzjani, li ħafna minnhom spiċċaw f’riskju ta’ faqar. Kemm jista’ jsir aktar biex titjieb il-pensjoni, biex tissaħħaħ l-edukazzjoni, biex jitjieb is-servizz tas-saħħa. Kemm jista’ jsir aktar biex iseħħ investiment tant bżonnjuż f’sistema ta’ trasport tal-massa bħal metro, li l-Partit Nazzjonalista issa ilu li preżenta pjani konkreti u studjati għaliha sentejn. Kemm jista’ jsir aktar biex jiġi miġġieled il-prekarjat u jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Kemm jista’ jsir aktar biex jiġu mgħejjuna ż-żgħażagħ li ma jistgħux jixtru l-ewwel proprjetà. Kollha problemi li tkattru u kibru mhux b’kumbinazzjoni, iżda minħabba l-mudell ekonomiku xejn sostennibbli li għażel il-Gvern biex ikabbar l-ekonomija.

Mudell ekonomiku li mhux biss qed ifaqqar lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ, iżda li qed ifaqqar ukoll il-valuri tagħna, qed ifaqqar l-identità tagħna, u qed ifaqqar l-ambjent u l-karattru Malti.

Il-Partit Nazzjonalista diġa’ preżenta numru ta’ proposti li jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati dawn il-problemi, u ser ikompli jagħmel dan fix-xhur li ġejjin. Mhux biss proposti fuq livell nazzjonali, iżda anke proposti għal kull lokalità f’Malta u f’Għawdex.

Il-proċess biex jitfasslu dawn il-proposti ilu issa li nbeda xhur. Fil-lokalità tiegħi tal-Gudja, fejn qed nikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali, ilna ħafna li bħala Kumitat Sezzjonali fassalna numru ta’ proposti li jistgħu jtejbu l-ħajja tar-residenti fir-raħal tagħna. M’għamilniex dan waħedna, iżda għamilnieh wara numru ta’ diskussjonijiet mat-tesserati, u anke man-nies fi djarhom.

Għalhekk, f’din il-kampanja ser inkunu qed immorru għand in-nies bi pjan u bi proposti pożittivi. Proposti li juru li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista ser ikunu verament il-vuċi tagħkom, u li b’vot lilhom mhux biss tkunu qed tagħżlu programm li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħkom, iżda tkunu qegħin ukoll tibagħtu messaġġ lill-Gvern biex ibiddel id-direzzjoni u jerġa’ jibda jimpurtah minn dak li għaddej minnu ċ-ċittadin.



Dan l-artiklu deher fil-ġurnal in-Nazzjon tal-Erbgħa 24 ta' April 2019 

Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is