Skip to main content

Ġurnalisti bla fruntieri




Din il-ġimgħa ġie pubblikat l-indiċi tal-libertà tal-istampa għall-2019 mill-aġenzija Ġurnalisti Bla Fruntieri (Reporters Without Borders). F’dan l-indiċi din is-sena Malta waqgħet 12-il post ‘l isfel, u kienet it-tielet l-iktar pajjiż li qala’ daqqa ‘l isfel fl-Unjoni Ewropea u l-Balkani, wara s-Serbja u l-Maċedonja li niżlu 14-il post ‘l isfel.

Hekk Malta issa niżlet fis-77 post, l-agħar pożizzjoni li qatt kienet fiha. Fl-2013, Malta kienet tinsab fil-45 post. Dan ifisser li f’sitt snin taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, Malta waqgħet lura 32 post f’dik li hi libertà tal-istampa, u issa hija t-tielet l-agħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea f’dan l-indiċi. Agħar minna hemm biss l-Ungerija u l-Bulgarija.

Xi jkejjel dan ir-rapport? L-ewwelnett, ir-rapport jagħti marki bbażati fuq il-livell ta’ pluraliżmu u indipendenza tal-media f’kull pajjiż. Ikejjel ukoll il-livelli ta’ ċensura u liġijiet li jħarsu l-libertà tal-espressjoni. Iħares ukoll lejn l-ambjent li fih ikunu qed joperaw il-ġurnalisti f’dak il-pajjiż partikolari u kemm huma liberi jinvestigaw u jinfurmaw lill-pubbliku anke fuq korruzzjoni fl-ogħla livelli.

Ir-rapport jinnota li f’Malta hawn biża’ li jżomm il-ġurnalisti milli jkomplu jagħmlu x-xogħol investigattiv li kienet bdiet Daphne Caruana Galizia. Jinnota t-tattika mifruxa li thedded lill-ġurnalisti billi tipprova teżawrilhom ir-riżorsi finanzjarji tagħhom b’libelli u friżar tal-assi, bħalma kien għamel il-Ministru Chris Cardona, u kif għaddejjin kampanji sistematiċi biex dawk il-ftit li jaslu jinvestigaw jiġu skreditati u attakkati. Jinnota kif għaddew sittax-il xahar mill-qtil ta’ din il-ġurnalista, u għadna s’issa ma nafux min kien il-mandant jew mandanti. Jinnota kif il-Gvern qed jirrifjuta li jagħmel inkjesta pubblika dwar jekk il-mewt tagħha setgħetx tiġi evitata. Jinnota wkoll kif il-Gvern irrifjuta li jressaq l-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf l-abbuż magħruf bħala SLAPP fuq il-ġurnalisti illi kienet preparat u ressqet l-Oppożizzjoni.

Kienu dawn il-punti ewlenin li jqajjem dan ir-rapport u li jispjegaw din il-waqgħa. Punti li qegħdin hemm frott ta’ ħaġa waħda: frott ta’ Gvern korrott, li ħataf l-istituzzjonijiet u għaffeġ il-liġijiet biex issaltan l-impunità, biex ikun jista’ jagħmel li jrid. U li biex jasal għal dan, qed joħloq kultura fejn min jidher li ma jaqbilx miegħu, jew jikkritikah, jiġi attakkat, skreditat, imżebblah, mgħajjar traditur, sa ma jkun hemm xi għaref jew għorrief li tant jiġu maħkuma minn din il-propoganda li jasal jattakka anke fiżikament, kif ġara fuq xi wħud, jew saħansitra joqtol, kif ġara lil Daphne Caruana Galizia.

Ikun hawn min jaħseb li għax hu ġurnalist, dan kollu ma jaffetwahx. Ikun hawn min jaħseb li għax hu komdu joqgħod kwiet u ma jikkritikax, dan ma jaffetwahx. Anzi, ikun hawn min saħansitra jwaħħal f’dawn il-ġurnalisti “żatat” li jiġrilhom li jiġrilhom, bħallikieku jekk riedu li ma jiġrilhom xejn misshom qagħdu kwieti.

Xi żball. Ma tifhimx li f’xogħol il-ġurnalist li jinvestiga sa ma jsib il-verità, hemm magħqud id-dritt tiegħek li ssir tafha? Ma tifhimx li fit-theddida tal-ġurnalist li ma jagħmilx mistoqsijiet żejda, hemm theddida għalik li jekk ma toqgħodx kwiet taqlagħha?

Għax meta qed tammetti li qed tagħżel li toqgħod kwiet biex ma taqlagħhiex, inti wkoll tammetti li mhux vera qed insiru tirannija awtoritarja. Iżda ġa sirna.

Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lilkom u lill-familji tagħkom l-Għid it-Tajjeb.



Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 21 ta' April 2019

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...