Skip to main content

Morsa doppja għal ħaddiema Maltin


Il-Ħamis li għadda l-Eurostat ippublikat statistika dwar iż-żieda tal-pagi u s-salarji fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. L-istatistika tikkonferma li Malta kien hawn l-inqas żieda fil-pagi fl-Unjoni Ewropea kollha, u tikkonferma wkoll li l-pagi f’Malta għadhom inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Din tikkonferma wkoll statistika oħra tal-perjodu preċedenti li għall-ewwel darba kienet sabet li l-paga medja f’Malta kienet naqset minflok żdiedet. Dan filwaqt li qed naraw li l-ħajja qed tkompli togħla, bl-aktar affarijiet essenzjali bħall-ikel u l-mediċini jkunu l-iżjed milquta mill-inflazzjoni. Anzi, statistika Ewropea tikkonferma li Malta esperjenzat l-akbar żieda fl-għoli tal-ħajja mill-2017 ‘l hawn.

Dan mhuwiex riżultat li ġie b’kumbinazzjoni. Dan huwa l-frott tal-mudell ekonomiku li għażel li jħaddem dan il-Gvern. Mudell ekonomiku fejn qed inżidu l-Prodott Gross Domestiku nazzjonali ta’ pajjiżna u nkabbru l-ekonomija billi nżidu l-popolazzjoni mingħajr ebda pjan, billi nimpurtaw ic-cheap labour. Dan qed iwassal biex id-domanda għal affarijiet essenzjali u għall-housing tikber, iżżid il-prezzijiet, tgħolli l-ħajja, u fl-istess ħin iżżomm il-pagi baxxi għax iżżid id-disponibbilità ta’ ħaddiema li lesti jaħdmu b’pagi baxxi. Dan inaqqas is-saħħa tal-ħaddiem milli jinnegozzja pagi aħjar u jnaqqas l-effetività tal-unions.

Ir-riżultat? Il-pagi jibqgħu baxxi, u l-ħajja togħla. Morsa doppja għal ħaddiem żgħir u medju, li issa qed taffetwa anke l-middle class u l-komunità kummerċjali. Tant li illum vera li Joseph Muscat irnexxielu joħloq middle class ġdida: dik tal-working poor. Dik tal-ħaddiema, ġieli anke professjonisti, li ma jaffordjawx ikollhom saqaf fuq rashom. Li ma jaffordjawx la jikru u lanqas jixtru d-dar tagħhom.

U ma’ dawn inżidu l-anzjani li bil-pensjoni tagħhom bilkemm ilaħħqu jaslu sal-aħħar tax-xahar u li biex jixtru l-mediċini tagħhom iridu joqogħdu attenti x’ikel jixtru jew jiċċaħħdu minn ċertu ikel sustanzjuż.

Dak li jiġri meta l-unika mod kif titkabbar l-ekonomija jkun żieda fil-popolazzjoni flok pjan ta’ titjib ekonomiku biex l-ekonomija tikber b’xogħol aħjar u żidiet il-pagi. Dak li jiġri meta tipprova tgħaġġel biex tidher sabiħ, imbagħad iġġib l-iskuża li issa mal-laħma rridu nibilgħu wkoll l-għadma.

Safrattant, għaddejjin bl-iktar Gvern korrott fl-istorja ta’ pajjiżna. Korruzzjoni istituzzjonalizzata li huwa stmat li qed tiswa lil pajjiżna aktar minn €725 miljun. Miljuni li faċilment jistgħu jmorru biex itaffu mill-piżijiet li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema. Li jistgħu jintużaw biex jgħinu lill-koppji żgħażagħ, u anke żgħażagħ li jixtiequ jmorru jgħixu għal rashom, biex jakkwistaw l-ewwel proprjetà tagħhom. Li jistgħu jintużaw biex il-pensjonanti jkollhom aċċess għall-mediċini b’xejn.

Minflok, qed imorru biex ixaħħmu u jħaxxnu bwiet dawk li diġa’ għandhom ħafna. U huma jieklu l-laħma, waqt li aħna nibqgħu bl-għadma.




Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 14 ta' April 2019

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...