Skip to main content

Għalfejn nhar is-Sibt għandek tivvota lill-Partit Nazzjonalista?



Bħal-lum ġimgħa tkun għaddiet il-kampanja elettorali, il-poplu jkun xeħet il-vot tiegħu għar-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsilli Lokali ta’ kull lokalità.

Fil-kampanja issemmew ħafna temi u saru diversi proposti. Tajjeb ninnutaw però li kien il-Partit Nazzjonalista li għamel kampanja ta’ proposti u li ppreżenta r-raġunijiet reali għalxiex in-nies ser jivvutaw fil-25 ta’ Mejju. Min-naħa tal-Partit Laburista rajna biss kampanja ta’ ħafna qlub, kampanja ta’ tgħajjar lejn esponenti tal-Partit Nazzjonalista, bit-timbru ripetut ta’ “tradituri”, u reazzjonijiet fejn jew jirredikolaw jew jispinnjaw il-proposti tal-Partit Nazzjonalista.

Għax fuq x’hiex għandek tiddeċiedi lil min ser tivvota nhar is-Sibt? L-ewwelnett, fil-Parlament Ewropew, ser tkun qed tagħżel liema huma dawk ir-rappreżentanti li l-aħjar isemmgħu leħnek. Leħnek. Leħen iċ-ċittadin, u mhux leħen il-Gvern, jew leħen “Malta” li l-Gvern jippretendi li huwa leħnu. U hemmhekk ċert li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista huma l-aħjar għażla. Kemm abbażi ta’ dak li għamlu f’din il-leġislatura: direttiva għall-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, liġi dwar il-fruntieri, masterplan dwar id-diabete u d-dyslexia, rikonoxximent u ħlas għall-Youtubers Maltin, u anke abbażi ta’ dak li jridu jagħmlu fil-leġislatura li jmiss, inkluż masterplan biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer.



Anke meta wieħed iqabbel il-kandidati taż-żewġ partiti, id-differenza hija netta. Il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta sett kandidati bi kredenzjali Ewropej b’saħħithom, uħud minnhom esperti fil-liġijiet u l-qafas strutturali Ewropew. Il-Partit Laburista qed jippreżenta sett kandidati li jinkludu lil min instab ħati kriminalment ta’ serq u tixrid ta’ materjal personali kompromettenti, u lil min dejjem iġġieled kontra li Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, taf li l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista ħa jkomplu bis-sħiħ il-ġlieda għall-ġustizzja u għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet, u biex f’Malta terġa’ tirrenja s-saltna tad-dritt, u taf li mill-banda l-oħra l-MEPs tal-Partit Laburista ħa jkomplu jiskużaw lill-Gvern u jippruvaw jgħattulu.

It-tieni fattur tad-deċiżjoni ta’ nhar is-Sibt hija li bil-vot tiegħek int ser tagħti jew siġġu lill-Partit Soċjalista Ewropew, u allura vot għal Frans Timmermans bħala President tal-Kummissjoni Ewropea, jew siġġu lill-Partit Popolari Ewropew, u allura vot għal Manfred Weber bħala President tal-Kummissjoni. Xi jfissru għall-Malta dawn iż-żewġ kandidati?

Manfred Weber (PPE, xellug) u Frans Timmermans (PSE, lemin)

Timmermans huwa l-kandidat li fil-manifest tiegħu jinkludi kemm li l-abort isir dritt fl-Unjoni Ewropea kollha, kif ukoll li fl-Ewropa jkun hawn taxxa komuni għall-pajjiżi kollha, li fid-dibattitu tal-Ħamis li għadda speċifika li jridha tkun ta’ 18%. Dan ifisser li Malta jispiċċilha l-inċentiv ta’ taxxa baxxa ta’ 5% li biha tattira kumpaniji internazzjonali. Din il-proposta hija theddida kbira għal aktar minn 35,000 impjiet li jiddependi minn dawn il-kumpaniji, b’mod partikolari fis-setturi tal-gaming u tas-servizzi finanzjarji.



Weber min-naħa tiegħu huwa ħabib kbir ta’ Malta, żar Malta diversi drabi, u dejjem iddefenda d-dritt tagħna li nagħżlu aħna r-rata ta’ taxxa tagħna. Huwa wkoll il-kandidat li tkellem fil-Kunsill Ġenerali li għadda tal-Partit Nazzjonalista, u li ddefenda l-wirt Kristjan li tħaddan l-Ewropa, u li allura jirrispetta bil-kbir l-għażla ta’ Malta li ma tinkludix l-abort.

Dik hi l-għażla li trid issir nhar is-Sibt. Mihix għażla ta’ min ser ikun fil-Gvern f’Malta, għax il-Gvern mhux ser jinbidel. Hija għażla imma ta’ min ser jirrapreżentak fil-Parlament Ewropew, u lil min trid President tal-Kummissjoni Ewropea.

Huwa għalhekk li Joseph Muscat kontinwament iqarraq billi jinsisti li din hi elezzjoni bejnu u bejn Adrian Delia. Għax jaf li jekk in-nies jagħżlu skont il-manifesti taż-żewġ kandidati għall-Presidenza, jew skont il-livell tal-kandidati taż-żewġ partiti, miż-żewġ aspetti joħroġ tellief.

U minkejja li din l-elezzjoni ma tibdilx il-Gvern, nemmen li jekk irid il-poplu Malti jista’ jibdel l-attitudni tal-Gvern. Għax għandna bżonn Gvern li ma jkomplix jinjora r-realtajiet soċjali li qed joħloq bil-mudell ekonomiku insostennibli tiegħu. Għandna bżonn Gvern li ma jinjorax liż-żgħażagħ li mhux jaffordjaw jixtru fejn joqogħdu, li ma jinjorax il-pensjonanti, li ma jinjorax l-għoli eżaġerat tal-ħajja, li ma jinjorax il-prekarjat u l-istaġnar tal-pagi, u li ma jinjorax ir-rakkomandazzjonijiet li qed isirulu minn kullimkien biex iwettaq ir-riformi li hemm bżonn biex jerġa’ jkollna pajjiż tassew demokratiku.

L-għażla hi f’idejn il-poplu. Jew Gvern li jkompli jirrombla, b’Timmermans President tal-Kummissjoni, u b’MEPs li iżjed jinħlew jgħattulu milli jwettqu programm ta’ fejda għall-poplu, jew Gvern li jkollu jibdel l-attitudni, b’Weber President tal-Kummissjoni, u b’MEPs li joħorġu b’aktar direttivi Ewropej li jtejbu l-livell tal-għixien tagħna kif għamlu sa issa. Dik hija l-għażla ta’ nhar is-Sibt li ġej. Inħalli f’idejkom.






Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 19 ta' Mejju 2019

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is