Skip to main content

Il-bidla li l-Gudja għandha bżonn




Qed noqorbu lejn it-tmiem ta’ kampanja elettorali oħra, kampanja elettorali li fiha rridu nagħżlu min ser jirrapreżentana fil-Parlament Ewropew u min ser jirrapreżentana fil-Kunsilli Lokali rispettivi tagħna. Bħala kandidat għall-Kunsill Lokali tal-Gudja, illum ser inħares ftit lejn x’sar fil-Gudja u x’inhi l-għażla li għandhom quddiemhom ir-residenti tal-Gudja.

F’dawn is-sitt snin li damet din il-leġislatura, li ttawlet mill-erba’ snin li suppost damet għax tħassru l-elezzjonijiet ta’ sentejn ilu, wieħed ftit li xejn issib inizjattivi ġodda li saru mit-tmexxija tal-Kunsill. Infatti, ħafna mill-proposti li wieħed isib fil-manifest tal-Partit Laburista din is-sena huma kelma b’kelma bħall-proposti li għamel l-istess Partit Laburist għall-Gudja sitt snin ilu. It-tisbiħ u l-pavimentar taċ-ċentru storiku, day centre għall-anzjani, Ċentru Ċiviku li jiġbor fih il-bżonnijiet tal-lokal, manutenzjoni ta’ toroq, kollha kellhom isiru tul din il-leġislatura. U jekk ma sarux meta kellhom sentejn iżjed milli ppjanat biex iwettqu l-programm elettorali, kif wieħed jista’ jemmen li ser isiru fil-leġislatura li jmiss?

Fil-programm elettorali li qed jippreżentaw din is-sena hemm xi punti li jbellħuk. Qed jgħidulna li jridu jindirizzaw bis-serjetà l-problema tal-parkeġġ. Tajjeb ukoll. Mela jistgħu jispjegawlna għalfejn f’Novembru li għadda għamlu u-turn, u l-bye-law li kellna ndaħħlu fis-seħħ wara qbil unanimu daru kontrieha u bdew jgħidu li “tmur kontra l-Kostituzzjoni” għax toħloq “diskriminazzjoni”? Kif iriduna nemmnuhom li jridu jieħdu passi biex jindirizzaw il-problema tal-parkeġġ, meta kellna s-soluzzjoni f’idejna, lesta biex tiġi implimentata, u irtiraw lura minnha għax wisq probabbli kien hemm min hekk ordnalhom jagħmlu?

Qed jgħidulna wkoll li jridu djalogu mal-ajruport biex jikkumpensa għall-impatt tiegħu fuq il-Gudja. Din isbaħ. Illum qed jgħidu li jridu djalogu. F’laqgħa numru 96 f’Jannar 2018, meta ppreżentajna l-mozzjoni dwar il-bye-law tal-parkeġġ, ivvutaw kollha kemm huma biex jemendaw din il-mozzjoni u jneħħu minnha proprju t-talba tagħna li jitkomplew id-diskussjonijiet mal-Ajruport biex ikun jista’ jpatti għall-impatt li qed ikollu fuq ir-residenti. Ivvutaw kontra, u ivvutaw biex jitwaqqaf kwalunkwe’ djalogu mal-Ajruport. Issa qed iwegħduh fil-manifest elettorali.



F’dawn il-ġranet anke waħlu tabelli ma’ numru ta’ toroq li kienu mwegħdin iżda fejn ix-xogħol ma sarx biex iġibu xi skuża. Daqqa jwaħlu fil-kuntratturi, daqqa fil-Gvern, daqqa skuża u daqqa oħra. Wara li f’sitt snin ma sabux iċ-ċans iwettqu dak li wegħdu, fl-aħħar xahar bdew ħerġin l-iskużi.

Ir-realtà hi li jitla’ minn jitla’ mill-kandidati tal-Partit Laburista, huwa obbligat biss jimxi kif jitmexxa mill-Partit. Illum in-nies raw b’għajnejhom kif il-kunsilliera tal-Partit Laburista jintużaw mill-Gvern biex jiddefendu dak li jrid hu, minflok ma jiddefendu r-residenti. U allura jekk in-nies verament iridu bidla biex jerġa’ jkollna Kunsill Lokali ħaj, Kunsill Lokali li jaħdem għal kulħadd, Kunsill Lokali li jiġġieled fl-interess tar-residenti, l-għażla hija waħda. Huma aħna l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista li fil-Gudja nistgħu verament inġibu l-bidla li hemm bżonn fit-tmexxija. Li nistgħu inwettqu l-programm elettorali tagħna, programm elettorali li jinkludi t-tisbiħ taċ-ċentru storiku, spazji miftuħa u b'aktar siġar, spazji għall-klieb u l-annimali, day centre u night shelter għall-anzjani, servizz ta' trasport b'xejn madwar il-Gudja li jservi primarjament l-anzjani, skips taħt l-art li jneħħu l-ħmieġ u l-irwejjaħ, bye-law dwar il-parkeġġ li tkun implimentata bis-sħiħ, skambji għaż-żgħażagħ, manutenzjoni ta’ toroq u bankini, aktar programmi artistiċi u kulturali kif diġa’ organizzajna, u ħafna aktar.

Il-Gudja għandha bżonn nifs ġdid. Nappella lir-residenti biex għal darba, ituna ċ-ċans inwettqu l-viżjoni tagħna, u jaraw kif ma jiddispjaċiehomx.


Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 22 ta' Mejju 2019

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is