Skip to main content

Il-Gudja fl-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali


Programm Elettorali għal kull lokalità

Kif dejjem għamel Partit Nazzjonalista f’kull elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, nieda programm elettorali għal kull lokalità. Il-punti prinċipali ta’ kull programm elettorali ser ikunu qed jitqassmu fid-djar tagħkom, filwaqt li l-programm elettorali sħiħ jinsab fis-sit tal-Partit fuq dan il-link, fejn wieħed jista’ jsib il-kandidati u l-wegħdiet għal kull lokalità f’Malta u Għawdex: http://www.pn.org.mt/kandidati_kunsilli_lokali

Dawn il-programmi saru wara konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsilliera Lokali tagħna, il-kandidati għal Kunsill Lokali, u l-Kumitati Sezzjonali tagħna fil-lokalitajiet, u jirreflettu ħsieb li dejjem applika għall-Partit Nazzjonalista: għalina kull individwu mhuwiex biss numru li jgħix waħdu, imma huwa membru ta’ komunità li għandu jkollu sehem sħiħ fiha.

Illum, bħala kandidat għal Kunsill Lokali tal-Gudja, ser nitkellem ftit dwar il-programm elettorali tagħna f’din il-lokalità.

Infrastruttura

Nibdew bl-infrastruttura, li dwarha f’dawn is-sitt snin terminu ta’ dan il-Kunsill ftit li xejn sar. Hemm bżonn urġenti ta’ programm pjanat ta’ tiswijiet tal-bankini madwar il-lokalità, li jinkludi eżerċizzju biex il-bankini jkunu kollha aċċessibbli għal persuni b’diżabbilità u anzjani.

Barra minn hekk, inkomplu bil-programm ta’ tiswijia ta’ toroq, partikolarment fil-qalba storika tal-Gudja. Anzi, toroq fil-qalba storika bħal Triq iż-Żebbuġa, Santa Katerina, u d-Dejqa, għandhom jiġu pavimentati.

Mhux biss iċ-ċentru storiku, iżda wkoll it-toroq rurali. Il-Kunsill Lokali rnexxielu jġib kważi miljun ewro f’fondi tal-Unjoni Ewropea biex dawn it-toroq, fosthom Triq Victor Pasmore, jiġu rranġati. S’issa, ix-xogħol baqa’ ma bediex.

Apparti minn hekk iridu jissolvu darba għal dejjem problemi li ilhom ikarkru magħna żmien, bħall-problem tal-għargħar fi Triq l-Għelejjel u fi Triq Birżebbuġa, fejn il-problema inħolqot mix-xogħol li għamel dan il-Kunsill stess.

Traffiku u parkeġġ

Il-problema tal-parkeġġ baqgħet kulma jmur jiżdied, u fil-Gudja inħolqot is-sitwazzjoni partikolari ta’ karozzi li jitħallew hemm kultant għal xhur sħaħ minn min isiefer. Fuq dan l-aspett irridu naħdmu fuq żewġ binarji. L-ewwelnett, nimplimentaw il-bye-law li konna proponejna li tillimita l-parkeġġ fl-istess post għal min mhux resident għal mhux aktar minn 24 siegħa, u jekk hemm bżonn nieħdu kull azzjoni legali biex din tibda tkun infurzata. It-tieni, nesploraw il-possibilità li flimkien mal-privat nibnu parkeġġ pubbliku li joffri rati sussidjati lir-residenti.

Mill-banda l-oħra, biex niffaċilitaw it-trasport ġol-lokalità stess, nidentifikaw postijiet fejn flimkien mal-privat nipprovdu servizz ta’ roti għall-użu tal-pubbliku għal trasport fil-qrib, fil-lokal, lejn l-Ajruport u anke lokalitajiet viċin. Naraw ukoll li jibda jiġi provdut trasport b’karozzi żgħar għall-anzjani ġol-lokalità stess.

Ambjent u Ndafa

Fil-Gudja kellna u għad għandna problemi kbar bl-indafa. Problemi fil-ġbir tal-iskart, u anke bin-nuqqas ta’ knis f’diversi partijiet tal-lokal. Irridu naraw li l-kuntratti li l-Kunsill jagħti f’dawn is-servizzi jiġu infurzati kif suppost.

Barra minn hekk, irridu nsebbħu l-lokal tagħna. Beħsiebna nniedu programm ta’ tħawwil ta’ siġar, tisbiħ ta’ sqaqien, gallariji u twieqi bl-involviment tar-residenti, u nneħħu siġar invażivi li qed jikkawżaw ħsarat biex minflokhom inħawlu siġar endemiċi baż-żebbuġ, rand, ħarrub, tin u żnuber.

Ma’ dawn inżidu l-laned tal-iskart tal-ħmieġ tal-annimali madwar il-lokalit Irridu naraw li r-residentielettorali tagħna f’din il-lokalità, u nipprovdu dog park fejn min għandu kelb jista’ jgawdieh f’ambjent sigur.

Sport

Fil-qasam tal-isport aħna l-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja diġa’ għamilna ħafna, tant li l-Gudja klassifikat għal tliet darbiet fl-ewwel tliet postijiet tal-Awards tal-Kumitat Olimpiku Malti. Iżda nistgħu nagħmlu aktar. Irridu naraw li l-programmi ta’ Aerobics u Pilates jibqgħu għaddejjin b’mod kontinwu, noħolqu gym fl-apert għall-użu ta’ kulħadd, u nġeddu l-ftehim li l-Kunsill Lokali kellu mal-Gudja United FC għall-użu tal-grawnd tal-futbol, sabiex dan ikun aċċessibbli għal komunità u fejn possibli għall-iskejjel.

Dan huma ftit mill-propoosti li qed nagħmlu fil-programm elettorali tagħna. F’artikli oħra nipprova nħares lejn proposti oħra, speċjalment dawk soċjali, edukattivi u kulturali. Li hu żgur hu li bħalma mill-minoranza ħdima qatiegħ biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies fir-raħal tagħna, hekk ukoll lesti nagħmlu dan jekk inkunu fit-tmexxija, b’ideat ġodda u konkreti. Il-Gudja tista’ tkun ħafna isbaħ u aħjar, u konvint li flimkien, nistgħu nġibu l-bidla li l-Gudja tant għandha bżonn.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is