Skip to main content

Tibda l-kampanja elettorali




F’dawn il-ġranet ingħata bidu għal kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. U mal-ewwel ħareġ ċar li l-Partit Laburista fil-Gvern, minkejja l-priedki kollha ta’ pożittività li jagħmel, imbarka fuq kampanja negattiva għall-aħħar ta’ attakki, ingann u gideb biex jipprova jkisser lill-Partit Nazzjonalista.

Fuq barra, jipprova jpinġi kampanja kollha qlub u mħabba, bil-logo tal-figolla mċappas ma’ kullimkien. Iżda tmur dibattiti, u tisma’ d-diskors tal-esponenti laburisti, tinduna bl-ingann tal-kampanja tagħhom.



L-ewwelnett, jippruvaw isikktu kull kritika kostruttiva u kull argument realistiku bħala “negattività”, anzi kultant saħansitra bħala tradiment. Jippruvaw ipinġu lil kulmin jitkellem fuq dak li qed jiġri ħażin f’Malta bħala xi traditur li ma jħobbx lil Malta. Minn banda jippriedkaw li jridu Oppożizzjoni li taħdem flimkien mal-Gvern u li toħroġ l-id tal-ħbiberija, u mill-banda l-oħra meta l-Oppożizzjoni tippubblika l-proposti u d-dokumenti tagħha tisma’ Ministru u Segretarji Parlamentari jgħidulek “aħna ma nieħdux pariri mill-Oppożizzjoni”. U tinduna li din it-tattika hija biss tentattiv biex isikktu l-kritika u biex isikktu l-Oppożizzjoni.

It-tieni mbagħad, jgħaddu għal qerq. Per eżempju fuq San Pawl il-Baħar, għaddejja kampanja sħiħa jiftaħru li mnalla kien il-Gvern li ħareġ għonqu biex jagħmel it-toroq li m’għamilx il-Kunsill Lokali. Li mhu veru xejn. Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar pjana u ħareġ il-flus hu għal dan il-proġett ta’ toroq, imma minħabba li Infrastructure Malta ħatfet il-kuntratturi kollha ma setgħux isibu kuntrattur biex iwettqu. Għaldaqstant, qabbdu huma lil Infrastructure Malta biex twettqu, daqs li kieku hija l-kuntrattur imqabbad mill-Kunsill. Iżda l-finanzjament ġej kollu mill-Kunsill, li tarġa intalab iħallas għalih bil-quddiem! U dan wara li dan il-Kunsill solva d-deficit li ħalla warajh il-Kunsill b’maġġoranza Laburista. L-istess mod kif il-Kunsill Lokali tal-Mosta illum il-ġurnata spiċċa b’surplus wara li solva d-dejn ta’ nofs miljun li ħalliet warajha maġġoranza Laburista.

U l-qerq fil-kampanja fuq livell nazzjonali huwa impressjonanti. Pruvaw ibellgħuha li l-Partit Nazzjonalista b’xi mod prova jħassar xi elezzjonijiet jew ma jemminx fid-demokrazija, bl-argument li hemm 71 kunsillier tal-Partit li mhux ser jerġa’ jikkontesta. Dan meta l-Partit Laburista għandu 112-il kunsillier li mhux ser jikkontesta, fosthom 8 Sindki! Dan meta kien il-Partit Laburista li ħassar il-Kumitati Amministrattivi u l-elezzjonijiet tagħhom. Dan meta kien il-Partit Laburista li ħassar l-elezzjonijiet kollha tal-Kunsilli Lokali sentejn ilu. Dan meta l-unika elezzjoni tal-Kunsilli li tħassret kienet dik tal-Imdina, fejn il-Partit Laburista preżenta biss kandidat wieħed u allura ma hemmx bżonn issir elezzjoni. U tagħhom, jippruvaw jitfgħuh fuq il-Partit Nazzjonalista, li kien il-Partit li waqqaf il-Kunsilli Lokali u li dejjem emmen fis-sussidjarjetà u li l-poter jinżel għand in-nies. Bil-kontra ta’ dak li għamel dan il-Gvern f’dawn is-sitt snin.

Bl-istess mod jiftaħar li ser ikun qed jippubblika manifest elettorali għal kull lokalità, qisu din xi ħaġa ġdida. Dan meta l-Partit Nazzjonalista huwa l-unika partit li ilu jippubblika manifest elettorali għal kull lokalità sa mit-twaqqif tal-Kunsilli ħamsa u għoxrin sena ilu!


 Il-Partit Nazzjonalista mhux ser iħalli dan il-qerq u dawn l-attakki negattivi jfixkluh. Ser inkomplu nniedu proposti fuq proposti, kemm fil-qafas tal-liġijiet Ewropej biex in-nies ikunu jafu fuqiex ser jiffukkaw il-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti, kif ukoll fil-qafas lokali. Li hu żgur hu li l-kandidati kollha tagħna ma ġew imwegħda xejn; ġew imwegħda biss appoġġ sħiħ mill-Partit biex iwettqu ħidmiethom favur ir-residenti u favur il-lokalitajiet tagħna. Il-Partit Laburista ma jistax jgħid l-istess, għax ċert li jekk taraw il-lista ta’ kandidati fil-lokalitajiet tagħkom, taraw li kull fil-maġġoranza kbira tagħhom impjegati jew ma’ xi Ministeru, jew ma’ xi Awtorità, jew ma’ xi kumpanija parastatali. Ħarġu għal Kunsill biss biex jaraw kif ser jiggwadanjaw huma, u mhux għax għandhom għal qalbhom il-lokal tagħhom.



Għax l-eżempju jkaxkar. Meta l-mudell tiegħek fil-Partit ikun qed jisraq €5,000 kuljum u qisu ma ġara xejn, bilfors li l-kandidati l-oħra ħa jaspiraw biss biex jippruvaw jagħmlu xi ftit bħalu. Għax la ma ġara xejn lilu, ċerti li mhu ħa jiġri xejn lilhom.





Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 04 ta' Mejju 2019

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is