Skip to main content

Il-mewġ m'għadux fil-baħar


 Fi żmien ftit xhur morna minn mudell ta' eċċellenza f'dak li kien il-kontroll tal-pandemija tal-#Covid19, għal wieħed mill-pajjiżi bl-ogħla rata ta' infezzjonijiet u b'numru ogħli ta' mwiet.

Ftit tal-ġimgħat ilu, ħames professjonisti tas-saħħa Maltin fosthom is-Supretendent tas-
saħħa
Pubblika Charmaine Gauci u l-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Martin Balzan, ippubblikaw paper f'ġurnal mediku internazzjonali fejn saħqu li ż-żieda qawwija ta' infezzjonijiet li ġiet fis-sajf hija tort ta' min promwova l-festivals u l-attivitajiet turistiċi tal-massa mingħajr limitu u mingħajr kontroll, fl-istess żmien li pajjiżi oħra kienu qed iwaqqfuhom (
https://bit.ly/32W7XxK).

Jgħidu wkoll li l-messaġġi "inkonsistenti ta' setturi minbarra l-awtoritajiet tas-saħħa", li bdew jgħidu lill-pubbliku li kollox taħt kontroll, li Malta "miftuħa għal business", li kollox "lura għan-normalità", li l-mewġ qiegħed fil-baħar, fixklu dak kollu li kien inkiseb.

15-il mewt fi żmien xahar mhux ċajta. Agħar minn hekk, faqqas numru ogħli ta' infezzjonijiet fid-djar tal-anzjani, dawk l-aktar vulnerabbli minn din il-marda. Fir-residenza San Ġużepp tal-Fgura biss hemm 100 anzjan minn 298 li nstabu pożittivi.

Il-professjonisti mediċi kienu ċari. Dan id-diżastru hu kollu ħtija tad-deċiżjonijiet politiċi irresponsabbli tal-Ministru Julia Farrugia u tal-Prim Ministru Robert Abela. Il-"mekkanisms" u l-"protokols" li serraħtulna moħħna bihom fallew għal kollox. U dan proprju ftit ġranet qabel tibda s-sena skolastika.

Jekk baqagħlkom farka diċenza, erfgħu r-responsabbilità politika ta' għemilkom. Din il-mewġa intom tellajtuha fuq l-art.

Nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-qraba ta' dawn il-vittmi.


Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...