Skip to main content

Kemm hemm x'nagħmlu!

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-21 ta' Marzu 2021



Sa mill-ewwel ġranet tal-Labour fil-gvern mill-2013 ‘l hawn assistejna għal stejjer ta’ abbużi, korruzzjoni u kriminalità bl-involviment ta’ ismijiet fl-ogħla karigi tal-Partit Laburista u l-Gvern. Fuq dawn l-istejjer tkellem kulħadd, iżda kellna skiet itarrax min-naħa tal-membri, kumitati, uffiċjali, media u esponenti tal-Partit Laburista. L-interventi tagħhom kienu biss ta’ difiża kontinwa u kampanja li kull kritika kienet biss frott Oppożizzjoni “negattiva”.

Il-proċessi li għaddejjin fil-Qrati bħalissa juru biċ-ċar id-diżonestà tal-aġir u l-propoganda tal-Labour.

Il-partitarji, membri u attivisti ta’ partit politiku, hu liema hu, ġenwinament jagħmlu sagrifiċċji kbar għal partit li jemmnu fil-politika tiegħu. Iżda meta jibqgħu siekta u, agħar, jiġġustifikaw il-ħażin, l-abbużi u l-korruzzjoni, sempliċiment għax qed isiru mill-partit tagħhom u mhux minn partit ieħor, isiru kompliċi. Il-lealtà ġenwina lejn il-partit titlob li min jara l-ħażin iqum, jitkellem fl-apert u jipprotesta, mhux iħalli l-partit tiegħu jitnawwar u mixtri minn interessi li huma f’konflitt mal-interessi tal-poplu.

Il-ħuta minn rasha tinten!

BERNARD U T-TIĠDID TAL-PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalita Bernard Grech qed iwettaq rivoluzzjoni siekta fil-PN fil-ftit xhur minn meta ġie elett. F’dawn l-aħħar xhur, minn magna li kienet fir-rivers, il-PN beda jorganizza magna li teħodna ‘l quddiem. Qed naraw sinjali pożittivi ta’ tiġdid f’kull saff tal-partit, mill-kumitati sezzjonali, sal-Fergħat, Kumitat Eżekuttiv u anke Kunsill Ġenerali. 

Bernard Grech qed iżid fl-appoġġ popolari u qed jibni tim b’saħħtu – Deputati, Media, Uffiċjali, voluntiera u esperti. Issa ser nidħlu f’fażi importanti ta’ tfassil ta’ politika u programmi għall-ġejjieni ta’ pajjiżna. Aħna lkoll mistennija inqumu, insiru attivi, ma nibżgħux, niddjalogaw bejnietna u ma’ ħaddieħor. Jeħtieġ nieħdu aħna l-inizjattiva biex insiru nafu min huma l-kandidati, insegwu n-NET FM, NET TV u nixtru u naqraw In-Nazzjon u Il-Mument.

Ejjew nagħmlu ħilitna sabiex il-maratona tal-Ħadd 28 ta’ Marzu terġa’ tkun suċċess. Kulħadd jagħti skont kemm jista’. Bil-ftit mingħand il-ħafna il-PN ikollu l-mezzi biex ikompli jiġġedded u jissaħħaħ u jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod aktar effettiv.

ENERĠIJA GARANTITA U SOSTENNIBBLI

Il-PN ħabbar proposti konkreti dwar is-settur tal-enerġija elettrika li hija l-bażi essenzjali ta’ kull tip ta’ progress u servizz. Nieqfu zopptu kull darba li tieqaf l-enerġija.

Bernard Grech jemmen li m’għandniex f’kollox nistennew l-elezzjoni biex infiehmu l-poplu l-alternattivi li joffri l-PN. Flimkien ma’ Ryan Callus, il-Kelliemi tal-Partit għall-Politika dwar l-Ilma, Enerġija u Żvilupp Sostenibbli, il-Kap tal-Partit wera kif hekk kif inkunu fil-gvern ser naħdmu biex nassiguraw provvista ta’ enerġija skont il-bżonnijiet tal-poplu tagħna. Qed naħsbu għat-tieni Interconnector, enerġija mix-xemx u mir-riħ, ħlas aħjar lil min għandu l-pannelli, roħs fit-tariffi tad-dawl, karrozzi li jaħdmu bid-dawl u diversi proposti oħra.

Il-PN għandu rekord tal-aqwa investimenti biex biddel lil Malta minn pajjiż tat-Tielet Dinja għal wieħed fost il-pajjiżi l-aktar żviluppati. Il-PN huwa l-Gvern li wettaq bil-fatti u li ġab bidliet kbar għall-progress ta’ Malta u l-poplu tagħha, progress li minnu gawda kulħadd.

SPIŻA ENORMI GĦAL PAJJIŻNA

Il-COVID-19 qed tagħti daqqa ta’ ħarta mill-kbar nett għall-ekonomija ta’ pajjiżna u l-għixien tal-familji tagħna. Il-Gvern qed ikun kostrett joħroġ miljuni kbar mill-kaxxa ta’ Malta biex jappoġġja l-impiegi, industriji u negozji. Resqin għat-tieni sajf tista’ tgħid b’ebda turiżmu. Dan minbarra l-konsegwenzi serjissimi fl-oqsma l-oħra tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

Maħniex waħedna. Il-pandemija mhix tort tal-gvern u laqtet lid-dinja kollha. Imma l-mod kif irreaġixxejna għaliha u ilqajna għaliha hija responsabbilità tiegħu. Is-sena 2020 f’Malta kienet waħda fejn l-imwiet żdiedu bi 12 fil-mija fuq figuri tas-snin ta’ qabel. Sfortunatament il-Gvern Laburista għamel żbalji serji fil-mod kif mexxa u naqas serjament milli jieħu l-passi meħtieġa biex jipproteġi s-saħħa tagħna u s-sigurtà ekonomika ta’ pajjiżna.

Kull wieħed u waħda minna għandna responsabbilità kbira li nieħdu aħna stess il-prekawzjoni biex ma nħallux il-virus jirkeb lilna jew l-familji tagħna. Ejjew naħdmu sabiex bil-prekawzjonijiet tagħna u bl-għajnuna tal-vaċċin Malta tkun tista’ terġa’ tqum fuq saqajha f’saħħitha fid-dinja l-ġdida post-COVID.

KAMPANJA ITMA’ U LIBBES

F’Malta għad għandna familji li m’għandhomx x’jilbsu u jbatu l-kesħa fix-xitwa. Huma tant fqar li bilkemm għandhom flus biex jixtru x’jieklu u x’jilbsu. Li nilbsu sew u nissaħħnu huwa dritt fondamentali. Kull min għandu ħwejjeġ tajbin li mhux qed juża’ għandu javviċina l-knisja tal-lokal u jagħmel id-donazzjoni ta’ dawn il-ħwejjeġ.

Din hi l-kampanja tul ir-Randan li l-Knisja qed torganizza permezz tal-Caritas.

GRAZZI SOCIAL WORKERS

Nhar it-Tlieta 16 ta’ Marzu kien il-Jum Dinji għax-Xogħol Soċjali. Din hi kategorija ta’ ħaddiema professjonali li għalkemm mhix viżibbli daqs il-frontliners fil-ġlieda kontra l-COVID huma mill-aktar essenzjali fil-ġlieda kontra kwantità ta’ problemi soċjali li individwi, familji u komunità naffaċċjaw kuljum. Dawn il-ħaddiema jaħdmu fis-skiet f’diversi dipartimenti u aġenziji tal-gvern u f’għadd ta’ NGOs.

Is-Social Work hija vokazzjoni u professjoni mill-aktar nobbli. Ejjew napprezzawhom u ninkoraġġuhom.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is