Skip to main content

Bil-mazza u l-iskalpell

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 18 ta' April 2021



Ħames mitt sena ilu kien hemm blokka rħam ta’ Carrara li għal ħafna snin kienet mitluqa fejn id-Duomo, il-Katidral ta’ Firenze. Tant kienet kbira li laqqmuha “Il-Ġgant”. Sakemm ġie Mikelanġelo li għal aktar minn sentejn ħela saħħtu b’mazza u skalpell biex ħareġ minnha l-famuż David, li llum jinsab fil-Gallarija tal-Akkademja, b’kopja tiegħu fil-post oriġinali fejn Palazzo Vecchio.

Il-politika mhux biss hi vokazzjoni mill-aktar nobbli, imma hija wkoll arti fiha nnifisha. Jgħidulha l-arti ta’ dak li hu possibbli. Imma arti tibqa’. L-ebda opra ta’ arti ma taqa’ mis-sema jew tfaqqa’ subgħajk u tiġi f’idejk. Tkellmu ma’ nies tal-arti – pitturi, skulturi, żeffiena, mużiċisti, poeti u kittieba. Kollha jgħidulek li jegħrqu l-għaraq tad-demm biex iwelldu l-ħolqien artistiku mill-ġuf tal-vokazzjoni artistika li jħossu tbaqbaq f’qalbhom u f’moħħhom. 


IDEAL  

Dażgur, il-politika hi ideal. Kieku mhux hekk x’ġibda jista’ fiha għal min iħoss tbaqbaq fih il-vokazzjoni li jissagrifika lilu nniffsu għall-ġid ta’ ħutu l-bnedmin, tas-soċjetà? Vokazzjoni vera, ġenwina u kkultivata iġġib ġid kbir għal kulħadd. Min jidħol għaliha irid ikun lest li jissagrifika lilu nniffsu, u jaħdem ma’ kulħadd b’ħafna paċenzja u perseveranza. Il-politiku vokat irid ikun lest jaffaċċja l-irjieħat kollha li jġib miegħu l-proċess demokratiku.


B’SAQAJNA FL-ART

L-ideal tal-vokazzjoni politika ma jfissirx li ngħixu fis-sħab, fl-illużjoni, fin-nostalġiji. L-ideal ifisser li taffaċċja kuljum ir-realtà tal-ħajja, bis-sabiħ u l-ikraħ tagħha; bit-tamiet u l-qtigħ il-qalba, mingħajr ma nitilfu l-iskop li għalih qed naħdmu.

Is-surveys huma importanti u tajjeb li jkunu analizzati bis-serjetà. Imma s-surveys huma pinnur li juru l-buffuri tar-riħ. Il-politiku sod, li jgħix il-vokazzjoni tal-ideal b’sentiment qawwi ta’ realiżmu, għandu mhux jinjora l-buffuri tar-riħ imma jħaddem il-qlugħ tiegħu biex jisfrutta dawn il-buffuri biex jidderieġi d-dgħajsa politika tiegħu lejn dak li nemmnu hu għall-akbar ġid tal-poplu tagħna.

Bħall-artist, irridu nipperseveraw, b’reżiljenza, għaqal u kuraġġ; fuq kollox b’mazza u skalpell f’ħidma kontinwa biex naqra naqra niskolpixxu proġett politiku mill-isbaħ u tal-aqwa fejda.


IL-PN FORZA KREATTIVA

Dan hu x’turi l-istorja tal-partit tagħna. Għahekk jien kandidat fi ħdan dan il-partit. Mhux partit tal-anġli jew perfett. Huwa partit ta’ bnedmin ġejjin minn kull rokna tas-soċjetà tagħna. Imma bid-difetti b’kollox inħossuna kburin li konna l-aktar forza kreattiva fit-trasformazzjoni ta’ din il-ġebla f’pajjiż mill-aqwa li hawn fl-arja Ewro-mediterranja.

Din it-trasformazzjoni fissret sagrifiċċji kbar għall-mexxejja u s-segwaċi nazzjonalisti. Ħafna kienu dawk li bassru it-tifrik tal-partit. Ħafna kienu l-avversarji u l-ostakoli li poġġewlna. Tort tagħna u mhux ġew mumenti meta ħafna nies iddejqu minna u mid-difetti tagħna, waqt li oħrajn għoġobhom it-tlellix propogandistiku tal-mument. 

Id-dmir tagħna hu li nissaħħu u ningħaqdu fir-rieda li nkomplu naħdmu bla heda biex nibnu l-proġett li l-poplu għandu bżonn għall-ġid ta’ uliedna u pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista qatt ma kellu ideal short-term. Il-“Malta Tagħna Lkoll” u “L-Aqwa Żmien” jistgu jgħammxu l-għajnejn, imma bil-fatti jirriżulta li huma proġetti fieragħ li imlew il-bwiet tal-ftit u dgħajjfu pajjiż u soċjetà sħiħa.


JERĠA’ JMISS LILL-PN

Li nsewwu l-ħsara kbira li ġab il-Labour fl-aħħar snin. In parti jiddependi minna li noffru lill-poplu alternattiva b’saħħitha, fejjieda, reali. Hemm ħafna u ħafna aktar xogħol x’inwettqu. Kulmin hu fil-partit, mill-iżgħar partitarju sal-Kap, irridu nagħtu sehemna.

Jiddependi wkoll minn ħafna Maltin u Għawdxin oħra li, hi x’inhi l-fehma politika tagħhom, għandhom biżżejjed melħ f’moħħhom u biżżejjed kuxjenza li suppost iġiegħluhom iqumu mil-loppju, mill-passività, li s-sistema tal-Labour daħluna fiha. Dawn huma wkoll fid-dover li jaħdmu biex jgħinu l-poplu jifhem. 


IMĦALLFIN ĠODDA

Din il-ġimgħa għamilna pass ieħor ‘l quddiem u saret l-ewwel għażla ta’ Imħallfin li ma kinetx f’idejn il-Prim Ministru tal-ġurnata. Din kienet waħda mill-proposti konsistenti fl-aħħar programmi elettorali u dokumenti tal-PN. Hija proposta li r-rappreżentanti tal-PN fit-taħditiet kostituzzjonali insistew għaliha. Hija miżura li ġġieldu għaliha diversi għaqdiet volontarji fi ħdan is-soċjetà ċivili. Huwa pass. Fadal ħafna aktar xi jsir.

Awguri lill-Imħallfin il-ġodda.


AKTAR NISA FIT-TMEXXIJA

Konxju li t-tibdil fil-Kostituzzjoni biex ikun hemm aktar nisa fil-Parlament ġab miegħu kontroversji. Jien ħsibt ħafna fuq dan il-pass. Nixtieq fuq li nixtieq li jkollna aktar nisa fil-Parlament għax il-poplu jagħraf l-importanza ta’ dan; għax il-poplu jagħraf il-merti kbar ta’ kandidati nisa; għax aktar nisa jidħlu għall-vokazzjoni politika; għax il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-politiċi jinbidlu radikalment u jirrikonoxxu l-irwol tal-mara fis-soċjetà. Hekk nixtieq u għahekk ser naħdem. Imma minħabba l-kwistjoni tal-incumbency, li fil-Parlament preżenti n-numru ta’ nisa hu baxx ħafna, ikkonvinċejt ruħi li kellna bżonn inħaffu l-proċess b’miżura temporanja u pożittiva bħal dik li adottajna.

Fil-Parlament ipproponejna li nassiguraw li l-miżura tapplika anke jekk it-tielet partit ikun rappreżentat fil-Parlament. Tal-Labour irrifjutaw u waħedna ma kellniex il-voti biex tgħaddi l-emenda tagħna. Proponejna tibdil ieħor li jtejjeb is-sistema, imma kollu ġie rifjutat. Nibqgħu ninsitu u naħdmu biex ikollna sistema elettroali aktar ġusta u trasparenti, minkejja li tul is-snin qatt ma nstab l-appoġġ tal-Partit Laburista biex nagħmlu dan.

 


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is