Skip to main content

Posts

Il-Partit Laburista nganna ‘l-poplu

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 25 ta' April 2021 Meta fl-2013 maġġoranza kbira għażlu l-Partit Laburista fil-Gvern, kienu emmnu li tassew kien ser ikun hemm bidla għall-aħjar fit-tmexxija tal-pajjiż. Wegħduna tmexxija fejn kulħadd jiġi stmat skont il-merti u t-talenti tiegħu. Wegħduna li l-ġid tal-pajjiż ser ikun gawdut b’aktar ġustizzja. Wegħduna li l-Gvern ser ikun “tagħna lkoll”. Wegħduna li kollox ser isir fil-miftuħ u bla ħabi. Wegħduna id-dritt li nesprimu fehmitna bla biża’. Wegħduna li ser inkunu l-aqwa fl-Ewropa. Wegħduna edukazzjoni ta’ kwalità aħjar. Wegħduna saħħa u sptarijiet f’Malta u Għawdex aħjar. Wegħduna ħarsien tal-ambjent mill-aqwa. Wegħduna tmexxija bla ebda korruzzjoni. Insomma, wegħduna “l-aqwa żmien”. Filwaqt li diversi marru tajjeb u stagħnew aktar milli bassru, inġenerali is-sitwazzjoni tal-familji, ż-żgħażagħ, il-ħaddiema, l-anzjani hija sitwazzjoni imċajpra u inċerta. Mhux biss minħabba l-COVID, imma l-aktar minħabba il-ħażen, il-korr...

Bil-mazza u l-iskalpell

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 18 ta' April 2021 Ħames mitt sena ilu kien hemm blokka rħam ta’ Carrara li għal ħafna snin kienet mitluqa fejn id-Duomo, il-Katidral ta’ Firenze. Tant kienet kbira li laqqmuha “Il-Ġgant”. Sakemm ġie Mikelanġelo li għal aktar minn sentejn ħela saħħtu b’mazza u skalpell biex ħareġ minnha l-famuż David, li llum jinsab fil-Gallarija tal-Akkademja, b’kopja tiegħu fil-post oriġinali fejn Palazzo Vecchio. Il-politika mhux biss hi vokazzjoni mill-aktar nobbli, imma hija wkoll arti fiha nnifisha. Jgħidulha l-arti ta’ dak li hu possibbli. Imma arti tibqa’. L-ebda opra ta’ arti ma taqa’ mis-sema jew tfaqqa’ subgħajk u tiġi f’idejk. Tkellmu ma’ nies tal-arti – pitturi, skulturi, żeffiena, mużiċisti, poeti u kittieba. Kollha jgħidulek li jegħrqu l-għaraq tad-demm biex iwelldu l-ħolqien artistiku mill-ġuf tal-vokazzjoni artistika li jħossu tbaqbaq f’qalbhom u f’moħħhom.  IDEAL   Dażgur, il-politika hi ideal. Kieku mhux hekk x’ġibda jist...

Tinħass iż-żiffa tal-bidla

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 11 ta' April 2021 Jiddependi minn kull wieħed u waħda jekk din iż-żiffa tibqax biex tiżviluppa f’riħ, jekk jista’ jkun riefnu, ta’ bidla. Il-mexxej il-ġdid tal-PN, Bernard Grech, hu nnifsu wiċċ ġdid, relattivament żagħżugħ, li qed jimbotta l-bidla. Fi ftit xhur kiseb l-appoġġ massiv tal-partit u ħafna simpatija mill-poplu inġenerali. Issa qed inħossu sew it-tnemnim ta’ ritmu jiżdied fit-tmexxija effettiva tal-partit u fil-viżjoni u d-direzzjoni ġodda li l-PN fil-Gvern se joffri lill-poplu Malti u Għawdxi. ISSA HU L-WAQT li kull partitarju, tesserat, membru f’xi kumitat tal-partit jagħmel deċiżjoni b’saħħitha li jagħti s-sehem kollu possibbli. F’IDEJNA. AWGURI GĦALL-FTUĦ TAL-ISKEJJEL Għada jibda l-proċess tal-ftuħ gradwali tal-iskejjel. Importanti li lkoll – ġenituri, tfal u studenti, għalliema, ħaddiema, tat-trasport – nikkoperaw biex dan ikun suċċess u nkomplu inbattu l-pandemija. Kulħadd jaf eżatt x’irid jagħmel. Diġa uliedna u l...

Għanqbuta mifruxa ma’ kullimkien

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 4 ta' April 2021, Jum l-Għid il-Kbir L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd. Il-Kristjaneżmu mingħajr l-Għid kien ikun reliġjon bla togħma. Dan l-aħħar smajt frażi li laqtitni: It-tradizzjoni hi l-fidi ħajja tal-mejtin, dawk li ġew qabilna. Imma it-tradizzjonaliżmu huwa l-mewt tal-fidi tal-ħajjin. Sfortunatament is-soċjetà tagħna hi mimlija tradizzjonaliżmi superfiċjali. Dan ukoll insibuh fl-għeruq tal-mod kif nagħmlu politika. Ngħożżu it-tradizzjoni, jiġifieri l-wirt, imma jeħtieġ li niġġeddu fis-sustanza, valuri u verità. L-għanqbuta tal-Mafja  Għadna kif fakkarna ‘Jum il-Ħelsien’, proprju minn Gvern li waħħad lil Malta f’għanqbuta ma’ barranin. Tajniehom power station, Enemalta, sptarijiet, artijiet u ma nafx x’hiex iżjed. Dak “Ħelsien”! U ma għamilnihiex għax kien jaqbel lil pajjiżna. Le. Għamilnieha biex is-swaba’ tal-qarnita jagħmlu lira. Din il-ġimgħa komplejna nsiru nafu aktar. Grazzi għal xogħol kbir minn Times of Malta u konsorzju t...

Inqumu mir-raqda!

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 28 ta' Marzu 2021 Lanqas in-Netflix mhu kapaċi jipproduċi sensiela hekk twila ta’ episodji ta’ korruzzjoni u abbużi daqs kemm qed jirnexxielhom tal-Labour. Ma tlaħħaqx. Anqas tkun taf minn fejn ser tibda. Tisma’ episodju u tinsa l-ieħor. U dan hu l-perikolu. Minbarra it-theddida tal-panedmija, għandna it-theddida li l-poplu jaqta’ qalbu u jinfetta ruħu bl-imxija tax-‘xejn mhu xejn’.  MHUX IT-TNEJN L-ISTESS! Le, mhux iż-żewġ partiti l-istess. Hemm differenzi kbar bejn il-PN u L-PL. Il-PN għandu paġni koroh, deċiżjonijiet żbaljati, seta’ għamel aktar u aħjar, fl-istorja tiegħu. Imma l-miżien tal-PN jiżen favur it-tajjeb bil-bosta aktar milli favur il-ħażin. Il-Labour huwa wkoll protagonist tal-istorja ta’ pajjiżna. Ukoll għamel ħafna ġid. Ukoll seta’ għamel aktar u aħjar. Imma l-istorja turi li hemm għeruq fit-twemmin u fl-imġieba tal-Labour li jagħmilhom jidhru qaddisin meta fl-Oppożizzjoni u li jinbidlu meta jkunu fil-gvern. I...