Skip to main content

Posts

Tal-Labour tilfu l-enerġija

  Wara tmien snin jiġġieldu gwerra ta’ propoganda qarrieqa. Wara tmien snin ta’ carpet bombing li r- roadmap tal- power station tal-Electrogas hija l-manna mis-sema; li għandhom viżjoni pożittiva; li bis-saħħa tagħha jitraħħsu l-kontijiet tad-dawl; li dan fl-aqwa interess tal-poplu; li kollox sar skont is-sewwa. Wara tmien snin il-Labour ammettew li d-deċiżjoni kienet ħażina u li kienu jafu minn qabel li ħażina. Għal dan kollu, iżda, qed iħallas il-poplu, int u jien. Waqt li huma jippuppaw u jimpalaw. Tal-Labour, permezz tal-Ministru responsabbli, fost ħafna propoganda, qalulna li issa ser jordna IT-TIENI INTERCONNECTOR għall-enerġija. Dan hu t-tieni interconnector li l-Gvern Nazzjonalista ta’ Gonzi ddeċieda dwaru xi ħmistax il-sena ilu; li l-pjan għalih kien ġie miftiehem mal-Gvern Taljan u mal-Unjoni Ewropea dak iż-żmien; li l-infrastruttura għalih f’Malta kienet saret bil-lest mill-Gvern Nazzjonalista; li l-infrastruttura għalih fi Sqallija hija miftehma u ħafna minn f’postha...
Recent posts

Nieħdu Miżuri Pożittivi u Kuraġġużi

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 6 ta' Ġunju 2021  Irridu Stat  ta’ kulħadd? Irridu Stat ġenwin, nadif, serju? Irridu Stat inklussiv, fejn ħadd ma hu ‘il fuq mil-liġi? Irridu Malta rispettata, fdata, fejn ilkoll inħossuna fid-dar komuni tagħna? Jekk ir-risposta hi IVA, allura jeħtieġ nifthiemu fuq pakkett ta’ miżuri pożittivi u kuraġġużi. Issa ilni numru ta’ snin attiv bħala ċittadin, sew fis-soċjetà ċivili, fil-politika kif ukoll fil-komunità fejn ngħix. Qattajt żgħożiti fil-volontarja u attiv fi gruppi varji fil-parroċċa u fil-lokalità. Diġa ikkontestajt żewġ elezzjonijiet mal-Partit Nazzjonalista, u ilni ħmistax-il sena Kunsillier Lokali fil-Gudja. Għal xi żmien servejt bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit. Dawn kienu snin fejn rajt mill-qrib xi jfisser l-impenn politiku. Mhux veru li ż-żgħażagħ mhumiex interessati fil-politika. Iż-żgħażagħ iridu politika nadifa, ġusta, aperta għall-ideat ġodda, politika li tħaddan lil kulħadd, hu x’inhu t-twemm...

Bżonn ir-raġuni, rispett u djalogu

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 16 ta' Mejju 2021 Is-soċjetà Maltija ma hix l-unika soċjetà li qed taffaċċja kwestjonijiet u ġrajjiet tal-akbar konsegwenzi. Jiena nifhem li mill-ħolqien tiegħu il-bniedem ma waqaf qatt jevolvi u jbiddel miegħu d-dinja ta’ madwaru. Mhux biss irnexxielna negħlbu l-ostakoli kollha u nimmultiplikaw u nikbru, talli llum hawn kważi 8 biljun persuna fuq wiċċ l-art. Irnexxielna wkoll inkattru l-ġid u inferrxuh ma’ ħafna bnadi fid-dinja għall-ġid ta’ biljuni, anke jekk fadal numru kbir ta’ miljuni li qed jgħixu f’kondizzjonijiet miżerabbli ta’ skjavitù, faqar u mard. Fl-aħħar għoxrin sena b’mod partikolari ir-ritmu tal-bidla irranka bil-kbir tant li ħafna minna qisna qed ngħixu ħolma nippruvaw nifhmu x’laqatna. Filwaqt li qed ngħixu bidliet ekonomiċi, tekonolġiċi, soċjali, u politiċi, naħseb li l-element li l-aktar ser ikollu konsegwenzi, posittivi u negattivi, huma l-bidliet li qed isawwru klima kulturali ġdida. Jien nitlaq mill-punt li h...

Partit Li Qed Juri t-Triq

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 9 ta' Mejju 2021 M’hemmx għalfejn nistennew titħabbar l-elezzjoni biex insiru nafu liema triq ta’ ġid ser jaqbad Gvern Nazzjonalista. Mill-bidu tal-ħidma tiegħu ftit xhur ilu l-Kap il-ġdid tal-PN Bernard Grech insista li l-partit għandu juri lill-poplu proposti konkreti fl-oqsma kollha tal-ħajja hekk kif dawn ikunu finalizzati. Din il-ġimgħa tnieda proġett li minnu kien inkarigat Claudio Grech, biex jixpruna l-ħidma li hemm bżonn u permezz ta’ timijiet differenti – 14-il Cluster – janalizzaw l-oqsma differenti u jfasslu proposti konkreti li fuqhom ser ikun ibbażat il-programm elettorali li jmiss. Diġa’ bdejna naraw riżultati. Taħt it-tmexxija ta’ Ryan Callus ġew formulati u pubblikati proposti dwar il-qasam tal-enerġija. Taħt dik ta’ Robert Arrigo rajna pjan effettiv għat-turiżmu. Din il-ġimgħa il-Kap Bernard Grech u Claudio Grech urewna l-istampa wiesa’ tal-viżjoni u l-programm li qed jinbena bid-dokument “ Gvern Alternattiv b’Viż...

Bil-Fatti l-PN iġib il-Ħaddiema 'l Quddiem

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 2 ta' Mejju 2021 L-istorja soċjali ta’ pajjiżna turi l-kontribut kbir li taw Gvernijiet Nazzjonalisti favur il-ħaddiema nisa u rġiel, Maltin u Għawdxin. Il-PN dejjem emmen f’soċjetà li tistma indaqs id-dinjità ta’ kull min jagħti sehemu fil-ġid tal-pajjiż, sew jekk ikunu ħaddiema, min iħaddem, investituri, self-employed jew industrijalisti. Il-PN dejjem sostna li l-qasma u l-konflitt tal-klassi ħsara biss jagħmel lis-soċjetà.  Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista kien jippretendi li għandu xi monopolju fuq il-ħaddiema. Minbarra miżuri ta’ ġid li introduċew gvernijiet Laburisti, il-fatti fl-istorja juru li l-Partit Laburista abbuża bil-kbir mill-għajta ‘Partit tal-Ħaddiema’ u setturi sħaħ ta’ ħaddiema u l-familji tagħhom sfaw traduti u użati għall-finijiet tal-propoganda fiergħa tal-Labour. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern bil-fatti irrispetta u żied bil-kbir id-drittijiet tal-ħaddiema u tal-Unjons tagħhom. Aħna emminna li l-akb...