Skip to main content

Posts

Showing posts from September, 2016

Indħil u impożizzjoni fil-Kunsilli Lokali

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 28 ta' Settembru 2016 Nhar it-Tnejn li għadda l-Kunsill Lokali tal-Gudja għadda minn esperjenza mhux normali. Biex inpoġġikom fil-kuntest, xhur ilu il-Kunsill kien iddeċieda li temporanjament imexxi l-operat tiegħu għal Librerija Pubblika. Dan wara li l-Perit irrapporta li l-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Lokali kien jinsab fi stat perikoluż, fejn kien anke qed jaqa’ l-ġebel mis-saqaf. Il-Kunsill qabel li jsir xogħol ta’ restawr fuq il-binja, u li din issir aċċessibbli għal persuni b’diżabilita’ u anzjani, minħabba li dawn biex jinqdew kien qed ikollhom jitilgħu żewġ sulari taraġ, liema taraġ kien wieqaf ħafna. Xi ħaġa li kienet diffiċli għall-anzjani, u impossibbli għal nies f’siġġu tar-roti. Għalkemm il-binja ġiet restawrata mill-periklu, l-aċċessibilita’ ma tranġat qatt. Sadattant, in-nies bdew jirrikorru ħafna aktar għas-servizzi tal-Kunsill kemm dam jopera mil-Librerija Pubblika fejn kien qed iservi minn sular live

Nirnexxu lkoll flimkien

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 14 ta' Settembru 2016 It-tema mag ħż ula mill-Partit Nazzjonalista għall-festi tal-Indipendenza ma setgħetx kienet aktar f'waqtha. Nirnexxu lkoll flimkien. Għalfejn proprju din it-tema għall-Indipendenza ta' din is-sena? Għax huwa ċar li filwaqt li ninsabu fi żmien fejn l-ekonomia sejra tajjeb, grazzi għax-xogħol siewi li sar u l-inċentivi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 29 sena, żgur li maħniex nirnexxu lkoll. Hemm min qed jirnexxi, vera. Qed jirnexxu tal-qalba, dawk li huma qrib ta' Joseph Muscat, dawk li għenu fil-kampanja elettorali, dawk li wisq probabli taw donazzjonijiet lill-Partit Laburista. Qed jirnexxu dawk li mingħajr ma jimmeritahom ingħataw karigi b'salarji li ħafna mill-ħaddiema lanqas biss joħolmuhom: Cyrus Engerer, li minkejja s-sentenza sospiża u n-nuqqas ta' clearance tas-sigurta', tant li Leo Brincat irrifjuta li jkun akkumpanjat minnu fil-lobbying tieghu ghal hatra fil-Qorti tal-Awdituri