Skip to main content

Posts

Showing posts from November, 2016

It-tanker tal-gass: l-ERA għandha tivvota kontra (1)

Matul il-ġimgħat li għaddew, kont part minn team taħt it-tmexxija tal-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, li flimkien ma’ numru ta’ esperti dorna l-istudji u r-rapporti kollha li ġew ippubblikati rigward il-ħażna tal-LNG f’tanker f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk. Ħmistax-il elf paġna ta’ dokumentazzjoni li l-pubbliku ingħata biss tletin ġurnata żmien biex ikun jista’ jifliehom u jagħmel il-kummenti u r-rappreżentazzjonijiet tiegħu. Kien biss wara talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li l-ERA estendiet dan iż-żmien b’miżerja ta’ għaxart ijiem oħra. Minkejja ż-żmien limitat li kellna, irnexxielna bejnietna induru din id-dokumentazzjoni kollha, u noħorġu b’rapport tekniku li ġie ppreżentat lill-ERA, l-Awtorit à tal-Ambjent u r-Riżorsi li ser tkun qed tiddeċiedi fuq din l-applikazzjoni. F’dan ir-rapport, tajna r-raġunijiet tekniċi tagħna għalfejn wara li analizzajna d-dokumentazzjoni kollha ppreżentata, jidhrilna li l-Awtorit à għandha

Istħu!

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 9 ta' Novembru 2016 F’Mejju 2015, Konrad Mizzi, bħala Ministru tas-Saħħa, kien ħabbar li l-Vitals Global Healthcare kienu ġew magħżula bħala l-aħjar bidders għall-investiment ta’ €200 miljun fis-settur tas-saħħa. Bażikament, b’dan il-ftehim din il-kumpanija kienet ħa tixtri l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech, u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u tirrinovahom. Wieħed jistenna li meta Gvern ikun ħa jbiegħ servizz tant essenzjali bħalma hu dak tas-saħħa, mhux biss jagħmel due diligence bis-serjeta’ fuq min huma l-investituri, imma jassikura li dawn l-investituri jkunu nies b’esperjenza twila fit-tmexxija tas-servizzi tas-saħħa. Pero’ ejja nħarsu ftit lejn kif ġara dan il-ftehim, u min huma dawn il-Vitals Global Healthcare, għax hawnhekk ġara kompletament l-oppost. Ejja nibdew mill-fatt li kien ġa f’Marzu tal-2015, xahrejn qabel ingħata t-tender, li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet ġa ħabbret ma’ mi