Skip to main content

Meta anke Laburist jinduna li nsteraq mill-ARMS


Ftit tal-ġranet ilu, tellajt artiklu fuq dan il-blog (misluf mir-rubrika tiegħi "Cyberspace" f' In-Nazzjon), fejn pruvajt nispjega b’mod sempliċi kif is-sistema li qed jaħdmu biha l-ARMS bil-kontijiet kull xahrejn qed twassal biex in-nies iħallsu iktar f'kontijiet tad-dawl u l-ilma. 

Matul il-ġimgħa xerridt dan l-artiklu fil-midja soċjali, u numru kbir ta’ persuni qassmuh ma’ sħabhom, irrispondew u bagħtuli l-kontijiet tagħhom.  Oħrajn, f’dak li deher bħala risposta kordinata u organizzata, daħlu joffendu, jgħajjru, u jippruvaw igiddbu l-matematika u l-fatti pruvati.

Wieħed partikolari, li hu magħruf simpatizzant tal-Partit Laburista fid-distrett tiegħi, daħal jikkummenta u jisfidana li sakemm ma nippublikawx dawn il-kontijiet aħna paroli biss, “bla bla bla u ħabi” u ma nistgħux niġu emmnuti. Ovvjament spjegajtlu li l-kontijiet tan-nies ma nistgħux nippubblikawhom minħabba l-protezzjoni tad-data, u minflok offrejtlu jurini l-kontijiet tiegħu u ngħid lilu hu kemm qed jinsteraq. 




Kien pront u bagħatli li hu fl-aħħar sena ikkonsma 5,348 units ta’ dawl, 95 units ta’ ilma, €65 tal-kera tal-arloġġ, u l-kont kulma ġieħ kien ta’ €932. Bħal li kieku dan kien prezz ġust u irħis. Is-sinjur baqa’ ma nfurmanix kemm qegħdin nies id-dar, u allura għal dnubieti ħdimtlu kemm suppost ġieħ il-kont kemm li kieku qegħdin tlieta min-nies, u kemm li kieku qegħdin erbgħa (għax mill-ammonti ta’ użu tal-ilma jidher li qegħdin aktar minn tnejn).




U ħareġ biċ-ċar li s-sinjur, li tgħidx kemm ftaħar li l-Gvern raħħaslu l-kont u li qalli li m’għandix xi ngħidlu, qiegħed jinsteraq waħda u sew. Għax jekk qegħdin tlieta min-nies id-dar, il-kont suppost ġieħ €841.64, waqt li jekk qegħdin erbgħa, il-kont suppost ġieh €698.14 (id-differenza hija li jekk qegħdin tlieta, bl-ammont ta’ units li uża’ ma kwalifikax għall-eko-riduzzjoni).

Is-sinjur ma rrispondinix iżjed, u baqa’ ma qallix jekk hux qegħdin tlieta, u allura insteraq €91, jew hux qegħdin erbgħa, u allura insteraq €234. Imma probabli fl-aħħar fehem illi l-wegħdi u l-propoganda li mlielu għajnu biha l-Partit tiegħu kien biss qerq. L-istedina tiegħi lejh tibqa’ miftuħa biex jekk irid, iġiblna l-kont tiegħu wkoll u niġġieldu għalih ukoll, biex jieħu lura dak li hu tiegħu.

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...