Skip to main content

Posts

Showing posts from November, 2014

Budget li ntesa f'jumejn

Dan l-artiklu ġie ppublikat fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 27 ta' Novembru 2014 “Kien l-aktar budget twil, u l-aktar budget li ntesa malajr”. Hekk fetaħ id-diskors tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fir-replika tiegħu għat-tielet budget ta’ din l-amministrazzjoni Laburista. Budget li fih, f’diskors ta’ erba’ siegħat, il-Gvern għamel dak kollu li jista’ biex jipprova jaħbi s-sinjali inkwetanti li qed jidhru fl-ekonomija. Nibdew bl-aktar settur importanti: ix-xogħol. Minkejja li l-istatistika turi tnaqqis fl-ammont ta’ nies qegħda, il-Gvern qed jipprova jaħbi li f’sena daħħal aktar minn erbat elef ruħ jaħdmu mal-Gvern. U dawn mhux għalliema jew infermiera, kif kultant jipprova jagħti l-impressjoni, imma kif turi l-istatistika, nies fl-amministrazzjoni u fid-dipartimenti. Li mhux għal dawn, il-qagħad qiegħed f’livell ħafna aktar ogħli. Il-problema hi li dawn ħa jkunu ta’ piż mhux biss għal din il-leġislatura, imma għal dawk li ġejjin warajha. Il-Gv

Nippremjaw il-bżulija? Jew il-bażużli?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 Nhar it-Tnejn li għadda tħabbar it-tielet budget ta’ dan il-Gvern Laburista. Budget li fi ftit kliem, spikka għat-tul tad-diskors tiegħu u għall-affarijiet li ħalla barra. Ħalla barra żgur l-aħbarijiet ħżiena. Huwa ċar li l-istrateġija ta’ dan il-Gvern hija li deċiżjonijiet li jaffetwaw ħażin liċ-ċittadini, jidħlu fis-seħħ mingħajr l-ebda stqarrija jew konferenza stampa, filwaqt li deċiżjonijiet li jidhru sbieħ jitħabbru b’ħafna pompa. U l- budget ukoll iddawwar f’eżerċizzju ta’ marketing li jħalli barra l-effetti ħżiena. Dan il-budget żied b’mod sostanzjali diversi taxxi indiretti: taxxi fuq l-użu tal-mobile, liċenzji tal-karozzi, bolla tal-assikurazzjoni, servizzi tal-Gvern (liema rati għadhom ma tħabbrux), taxxa fuq is-siment. Dawn huma taxxi li l-aktar li jaffetwaw huma n-nies bi dħul baxx, għax iridu jħallsu l-istess taxxa bħal min għandu dħul aktar ogħli. Wieħed stenna allura li almenu dawn

Il-fabbrika tal-gideb

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis, 13 ta' Novembru, 2014 Hekk sejjaħ il-proġett tal- power-station il-ġdida l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. U jum wara jum qed inkomplu naraw kemm dan hu minnu. Mhux biss il-Gvern mhux ħa jlesti dan il-progett kif Joseph Muscat wiegħed li ħa jagħmel b’tant konvinzjoni li intrabat li jekk ma jagħmilx hekk jirrezenja, imma talli qed ikompli jigdeb u jikkontradixxi lilu innifsu fuq l-aspetti kollha tal-pjan tal-enerġija li ppreżenta qabel l-elezzjoni. Wiegħed li ħa jraħħas il-kontijiet u jħallas lura d-dejn tal-Enemalta grazzi għal kemm ħa tiffranka mill-prezz tal- fuel il- power - station il-ġdida, iżda issa qed jgħid li ħa jkun jista’ jraħħashom anke’ mingħajrha. Id-dejn tal-Enemalta wkoll issa qata’ qalbu minnu, u iddeċieda li jbiegħha liċ-Ċina kontra l-wegħda li għamel lill-ħaddiema tal-Enemalta. Il- power - station il-ġdida tal-BWSC kien wiegħed li taqlibha għal gass l-Enemalta u tibqa’ propjeta’ ta