Din hi l-opinjoni tiegħi dwar il-kwistjoni ta' Franco Mercieca, li dehret fil-ġurnal 'Illum' ta' nhar il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2013, bħala tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet: X'jidhirlek mill-kwistjoni ta' Franco Mercieca? Qed tingħata l-importanza mistħoqqha jew hija 'blown out of proportions'? Temmen li l-waiver lil Franco Mercieca kienet żball? Taħseb li l-pożizzjoni ta' Franco Mercieca għadha tenibbli? Taqbel ma min qed jgħid li għandu jirriżenja? Taqbel li din il-kwistjoni ma kienetx mistennija mill-Gvern u li qed timbarazza lill-Prim Ministru? Id-dħul ta' Franco Mercieca bħala speċjalist tal-għajnejn hu ħafna aktar minn dak ta' segretarju Parlamentari. Taqbel li din ir-raġuni tiġġustifika l-waiver? Taħseb li d-diskors li kien sar fuq l-onorarja issa qed jaffettwa negattivament lid-deputati Laburisti? Naħseb li l-kwistjoni kollha tal-każ ta' Franco Mercieca hija l-kawża viżibbli tal-ħsara li għamel il-Partit Laburista
Mark huwa inġinier u kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq ir-4 u l-10 distrett, f'isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa Kunsiller elett fil-Kunsill Lokali tal-Gudja sa mill-2006.