Illejla ħareġ li skont l-ispettur kienu Kurt Farrugia u Ramona Attard li għamlu r-rapport lill-Pulizija. Huma qalu li mhux huma. Min qed jigdeb? Il-Qorti iddikjarat li l-Pulizija aġixxiet b'mod illegali u abbużiv meta ikkonfiskat il-mobile u t-tablet ta' Norman Vella mingħajr ma kellha l-ebda dritt tagħmel dan. Mela issa min se jinvestiga u jressaq il-Kummissarju l-Qorti fuq dan l-abbuż? Il-pożizzjoni tal-Kummissarju, reġgħet mhix tenibbli, kif ilha mhix tenibbli fl-iskandli kollha ta' dawn is-7 xhur. Il-poplu għandu dritt li jkollu Korp serju li jista' jafda, u mhux jgħix imbeżża' mill-Korp ta' Manwel Mallia u l-pupazz tiegħu Pietru Pawl. Għax aħna ngħixu f'demokrazija, u mhux fl-istat totalitarju li qed jippruva joħloq dal-Gvern. Aqra wkoll dan il-blog ta' Carmel Cacopardo: http://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/10/30/wara-l-kaz-norman-vella-min-qieghed-imexxi-l-korp/
Mark huwa inġinier u kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq ir-4 u l-10 distrett, f'isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa Kunsiller elett fil-Kunsill Lokali tal-Gudja sa mill-2006.